HRUG TA' STOCKS TAL-GVERN - LULJU 2005
pr1133
29/07/2005
| Kien hemm rispons qawwi ħafna mill-investituri | kollha ta’ kull xorta għall-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern li għalihom intlaqgħu applikazzjonijiet bejn il-21 u s-26 ta’ Lulju. Dawn l-istocks ħargu hekk kif ser jaghlaq l-istock 5.6% MGS 2005 II. |
| It-Teżor irċieva 2,290 applikazzjoni għal | ammont globali ta’ kważi Lm93 miljun meta l-Istocks maħruġa kienu jammontaw għal Lm40 miljun. |
| It-Teżor ser iżid l-ammont maħrug u jaddotta | l-‘over allotment option’ imsemmija fil-prospetti relattivi kif muri hawn taħt: |
Stock | Ammont Maħruġ | Ammont Addizzjonali | Ammont Allokat |
5% MGS 2021 (Fungible) | Lm15m | Lm10m | Lm25m |
5.7% MGS 2012 III (Fungible) | Lm25m | Lm15m | Lm40m |
| Filwaqt li sehem l-investituri ż-żgħar fl-istock | li ser jagħlaq (5.6% MGS 2005 II) kien ta’ madwar Lm2 miljuni, l-applikazzjonijiet minn dan is-settur fl-istocks il-ġodda laħqu total ta’ ’l fuq minn Lm17-il miljun. |
| It-Teżor għalhekk iħabbar li l-applikazzjonijiet | kollha ta’ l-investituri ż-żgħar qed jintlaqgħu bla tnaqqis filwaqt li l-kumplament li ġejjin minn investituri istituzzjonali se jkunu allokati skond il-prezz ta’ l-offerta mitfugħa. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946