MINISTRY OF FOREIGN AFFAIRS LAUNCHES NEW WEBSITE DISKORS MILL-ONOR. TONIO FENECH, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-QUALITY SERVICE CHARTER FID DIPARTIMENT TAT-TEŻOR – FLORIANA - 28 TA’ LULJU 2005
pr1126
28/07/2005
| Insellem lill-istaff kollu tat-Teżor, lid-Direttur tat-Teżor, rappreżentanti | tal-media, rappreżentanti tal-Quality Service Charter Unit tal-OPM, u lis-Segretarju Permanenti Prinċipali. |
| Nixtieq | l-ewwel nett nirringrazzja lid-Direttur tat-Teżor għall-preżentazzjoni ta’ dan il-Quality Service Charter li huwa pass ieħor importanti lejn it-titjib tas-servizzi mogħtija minn dan id-dipartiment. Huwa commitment, li bil-ħidma ta’ kulħadd, konvint li ser jinżamm. |
| Forsi | mhux dejjem wieħed jirrealizza l-importanza tas-sehem tat-Teżor fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-policies tal-Gvern. Dan minħabba l-fatt li, kif intqal aktar qabel mid-direttur stess, ħafna mix-xogħol tad-dipartiment huwa dirett lejn klijenti interni tiegħu, lejn id-dipartimenti, lejn il-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll entitajiet oħra governattivi. Ħidma, li għalkemm ma’ tidhirx, hija waħda ta’ importanza kbira fil-ħidma tal-Gvern. |
| F’dan | il-kuntest, xtaqt insemmi x-xogħol siewi li jsir minn dan id-dipartiment speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kontrolli finanzjarji fejn hemm kollaborazzjoni sħiħa on a day-to-day basis mad-direttorati l-oħra fil-Ministeru tal-Finanzi speċjalment mal-Budget Office. Dan sabiex nassiguraw li l-miri fiskali tal-Gvern, hekk kif imfissra fil-Programm tal-Konverġenza, ikunu milħuqa. |
| Ta | min wieħed isemmi li sa minn qabel id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, it-Teżor kellu sehem importanti ħafna f’xogħol relatat mar-rappurtaġġ ta’ figuri finanzjarji kif ukoll mal-kodifikazzjoni ta’ l-accounts tal-Gvern skond is-Sistema Ewropea ta’ l-Accounts, jew ahjar ESA95. Dan ghen sabiex il-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll l-Ufficċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika setgħu jirrappurtaw id-deficit u d-dejn tal-Gvern, lill-Kummissjoni skond kriterji u metodoloġiji stabbiliti. |
| Ma | nistax ma nitkellimx fuq ir-rwol importanti tat-Teżor fir-rigward tal-intenzjoni tal-Gvern li jaqleb mis-sistema jew aħjar metodoloġija preżenti ta’ Cash Accounting ghal dik ta’ l-Accruals. Il-Gvern hu kommess li jdaħħal fid-dipartimenti tiegħu sistemi finanzjarji moderni fl-immaniġġjar tal-fondi pubbliċi. Għal dan il-għan qed isir xogħol siewi ħafna minn task force li twaqqfet sabiex tara li t-transizzjoni għall-metodoloġija l-ġdida sseħħ bl-aktar mod effettiv. It-Teżor huwa rrappreżentat f’din it-task force u permezz ta’ ċirkularijiet li joħroġ minn żmien għal żmien, diġa’ beda jdaħħal kunċetti ġodda u jinstiga l-bidla li hemm bżonn f’dan ir-rigward. |
| L-introduzzjoni | ta’ l-Accrual Accounting hija bidla kbira fil-metodi finanzjarji ta’ kif il-Gvern jaħdem. Din hija riforma fiha nnifisha li tinvolvi mijiet ta’ nies fis-servizz pubbliku. L-għan ewlieni tagħna hu illi nipprovdu l-mekkaniżmi sabiex naċċertaw li jkun hemm stampa mill-iktar ċara u realistika tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern kif ukoll metodi ta’ kejl tal-performance finanzjarja tad-dipartimenti. Dan jagħtina l-mezz ta’ kif isir kontroll finanzjarju aħjar, għodda sabiex inkun nistgħu nkejlu b’mod aktar effiċjenti l-inputs u l-outputs ta’ inizjattivi u programmi tal-Gvern, kif ukoll ippjanar finanzjarju long term ahjar. |
| Sar | progress sostanzjali fuq dan il-proġett. Insemmi l-Malta Government Accounting Standards li huma konformi ma’ standards internazzjonali u li se jkunu applikati fid-dipartimenti tal-Gvern ma’ l-introduzzjoni ta’ l-Accrual Accounting. Ġew implimentati kunċetti u proċeduri ġodda fl-immaniġġjar tal-assi, debituri u kredituri, immaniġġjar tal-flus jew aħjar Cash Management kif ukoll proċeduri tar-rappurtaġġ fuq prepayments u accruals. |
| Kif | semmejt aktar qabel, ir-rwol tat-Teżor huwa ta’ importanza kbira f’dan il-proġett ambizzjuż. Irid ikun dan id-dipartiment li jara li t-transazzjonijiet tad-dipartimenti jiġu pproċessati skond il-metodoloġiji u l-kriterji stabbiliti fl-istandards kif ukoll li jissorvelja t-tħaddim ta’ din is-sistema fid-dipartimenti kollha tal-Gvern. Ninsab infurmat li għal dan il-għan twaqqfet sezzjoni żgħira f’dan id-dipartiment (Accounting Methodology and Compliance Section) sabiex tara li dan iseħħ. |
| L-okkażjoni | tal-lum iżda, iġġiegħlna nħarsu ’l ġewwa u niffukaw fuq il-kwalita’ tas-servizzi li qed jorbot lilu nnifsu biha dan id-dipartiment. Kif semma tajjeb ħafna d-direttur innifsu, il-Quality Service Charter li qed jiġi ppreżentat illum huwa challenge ambizzjuż ħafna fid-dawl tal-ġeneru differenti tal-klijenti tad-dipartiment. |
| Insemmi | klijenti relatati ma’ l-istocks tal-gvern fejn il-konkorrenza tal-pubbliku minn dejjem kienet waħda tajba. Konkorrenza li turi l-fiduċja tal-poplu f’dan it-tip ta’ investiment. Insemmi wkoll il-Bills tat-Teżor, mezz kif il-Gvern jiffinanza shortfalls temporanji fil-likwidita’ tiegħu. Hawnhekk it-Teżor qed juffiċċjalizza il-proċessi u l-iskadenzi li ser jintuzaw f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkant ta’ dawn il-Bills. Bħalissa qed isir xogħol ukoll sabiex dawn il-Bills ikunu dimaterjalizzati kif ukoll illistjati fuq il-Borża ta’ Malta. |
| Kif | intqal iktar qabel, il-lista ta’ servizzi hija twila, hħfna iktar twila milli wieħed jimmaġina. Il-Quality Service Charter huwa challenge fih innifsu u li jiena konvint li ser ikompli jtejjeb il-performance ta’ dan id-dipartiment. Min hawnhekk, nixtieq nifraħ lid-direttur kif ukoll lill-istaff kollu tiegħu ghal dan l-achievement u l-effort li sar sabiex waslu għat-tnehdija ta’ dan ic-Charter. Fuq kollox nawguralhom suċċess fil-ħidma fejjieda tagħhom u nirringrazzjahom tal-kontribut li dejjem taw sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti tal-Gvern. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946