Skejjel tal-mużika fil-bliet u l-irħula Maltin
pr1122
27/07/2005
| “Il-Każini tal-baned twieldu | f’pajjiżna biex ikunu skejjel tal-mużika u biex iferrxu l-kultura tal-mużika f’Malta u Għawdex. Meta wieħed iqis li f’kull belt u raħal ta’ Malta u Għawdex għandna minn każin wieħed sa tliet każini tal-banda, wieħed jifhem għaliex il-kultura tal-mużika f’Malta għandha tant għeruq fil-fond u hi tant popolari.” |
| Dan | qalu l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech meta inawgura proġett ta’ tisbiħ fil-Każin tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li minn ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jirriżulta li fl-2004, in-numru ta’ bandisti reġgħu żdiedu u issa jilħqu 4,106. Hu qal li l-membri fil-każini tal-baned ukoll żdiedu u fl-2004 laħqu 25,832. L-istess ġara fejn jidħlu membri fil-kumitati tal-baned li s-sena l-oħra telgħu għal 1,202. Il-membri fil-każini tal-baned kienu ta’ 7.1 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija kollha bejn il-5 u t-84 sena. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li dawn iċ-ċifri juru s-saħħa li għandhom il-każini tal-baned f’pajjiżna, saħħa li kienet titfa’ fuqhom responsabbilta’ kbira lejn is-soċjeta’ kollha Maltija għaliex kienu huma li jippropagaw l-arti tal-mużika, kienu huma li jikkontribwixxu biex ikollna l-festi kif nafuhom fl-ibliet u l-irħula ta’ pajjiżna u kienu huma ċ-ċentri fejn jiltaqgħu persuni ta’ kull eta’ u ta’ kull ħsieb politiku fi spirtu ta’ l-akbar ħbiberija. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-każini tal-baned m’għadhomx iżjed il-prerogattiva ta’ l-irġiel. Hu qal li numru dejjem akbar ta’ nisa kienu qed jiffrekwentawhom u dan kien sinjal pożittiv ħafna. Francis Zammit Dimech qal li l-aħħar statistika uffiċjali kienet turi s-sena l-oħra 14.6 fil-mija tal-membri tal-kumitati tal-każini tal-baned kienu nisa filwaqt li n-numru ta’ bandisti nisa kien jilħaq 25.7 fil-mija. Hu qal li għalkemm dan kien pożittiv kien hemm lok ta’ aktar nisa li jservu fuq il-kumitati. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-każini tal-baned minbarra li kienu ċentri ta’ kultura kienu wkoll postijiet li jattiraw lit-turisti minħabba l-organizzazzjoni tagħhom. Hu qal li direttament dawn kienu qed jikkontribwixxu għal iżvilupp tas-settur turistiku f’pajjiżna u ta’ dan ried jirringrazzjahom. |
| Meta | tkellem dwar il-proġett ta’ tisbiħ li kien qed ikun inawgurat fil-Każin Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, il-Ministru Zammit Dimech qal li kien impressjonat bil-ħidma tal-membri tas-Soċjeta’ għax-xogħol ta’ skultura fil-ġebel ta’ l-ogħla kwalita’ li sar sew fil-koppla kif ukoll fil-gwarniċi madwar is-sala u l-istained glass. Hu qal li jidher li l-każini tal-baned kienu jattiraw lejhom artisti mhux biss fil-mużika iżda anke f’forom oħra ta’ l-arti Maltija. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li dan il-każin tal-banda, għalkemm żagħżugħ fiż-żmien – sentejn oħra jagħlaq 50 sena – kien mexa ’l quddiem ħafna f’dik li hi organizzazzjoni. Ta’ dan hu feraħ lill-uffiċjali u lill-membri preżenti u passati ta’ din is-Soċjeta’ għall-ħidma tagħhom u awguralhom aktar xogħol b’risq is-soċjeta’, għal-lokalita’ ta’ Birżebbuġa u f’ġieħ it-tixrid tal-mużika f’pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946