Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA DWAR L-UFFIĊĊJU TA' L-OMBUDSMAN

pr1121
Date Icon 26/07/2005
Fil-21ta’ Lulju 2005, l-Ombudsman, is-Sur Joseph Sammut, bagħat lill-President ta’ Malta , l-E.T. Dott Edward Fenech Adami, ittra ta’ riżenja mill-Kariga ta’ Ombudsman Parlamentari b’effett minn nhar l-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2005.
Dalgħodu,fuq talba tal-President, sar inkontru bejn l-Eċċellenza Tiegħu u s-Sur Sammut. Il-President wera l-preokupazzjoni tiegħu li fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kamra tad-Deputati dwar ħatra ta’ Ombudsman ieħor u r-riżenja ta’ l-Ombudsman qabel l-iskadenza tat-terminu tiegħu, kienet ser tinħoloq sitwazzjoni fejn l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman ma setgħax jiffunzjona aktar san-nomina ta’ Ombudsman ġdid.
Biextiġi evitata din is-sitwazzjoni, fuq suġġeriment tal-President, ġie miftiehem illi l-ittra ta’ riżenja tas-Sur Sammut issir effettiva fl-1 ta’ Ottubru 2005 flok fis-27 ta’ Lulju 2005. Għalhekk, kif tgħid il-liġi, is-Sur Sammut ser ikompli fil-kariga ta’ Ombudsman sa wara l-iskadenza tat-terminu tiegħu fit-30 ta’ Lulju 2005.
Is-SurSammut għarraf lill-President li sa l-aħħar ta’ Settembru 2005 ser ikun assenti u, għaldaqstant, għal matul dan iż-żmien, ikun jista’ jiġi nominat Ombudsman temporanju skond il-liġi.  B’hekk jiġi żgurat li l-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman jibqa’ jiffunzjona sa l-1 ta’ Ottubru 2005.
Il-Presidentta’ Malta irringrazzja lis-Sur Joseph Sammut tax-xogħol li wettaq fil-kariga tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow