Left arrow Go Back

TINFETAĦ IT-TIELET TRIQ LI NBNIET BIL-FONDI TAL-ĦAMES PROTOKOLL FINANZJARJU BEJN MALTA U L-ITALJA

pr1120
Date Icon 26/07/2005
Il-bieraħ,wara nofsinhar infetħet għat-traffiku t-tielet parti mit-toroq li qed jinbnew mill-ġdid bil-fondi tal-Ħames Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja. Din il-parti tibda mir-roundabout ħdejn iċ-ċimiterju militari ta’ l-Imtarfa, tgħaddi mir-roundabout tal-Qlejja fil-limiti tal-Mosta, mill-inħawi magħrufa bħala Ta’ Bistra u tispiċċa f’Tarġa Gap għal tul totali ta’ 3.1 kilometri.
B’hekks’issa nfetħu mas-7 kilometri mill-madwar 16-il kilometru ta’ toroq arterjali u distributorji li qed jinbnew f’dan il-proġett, dan wara li madwar xahrejn ilu kienu nfetħu żewġ partijiet minn Triq l-Imdina bejn Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ, u Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat.
Waqtżjara li għamel ftit qabel il-ftuħ, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett iddeskriva t-tlestija ta’ din it-triq bħala ċertifikat ta’ l-impenn u serjetà li mxew biħ il-Gvern, l-inġiniera ta’ l-Awtorità u anke s-settur privat fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-proġett.
Partiminn din it-triq, jiġifieri bejn ir-roundabout taċ-ċimiterju militari u r-roundabout tal-Qlejja, tlestiet kompletament xi xhur ilu, iżda ma setgħetx tinfetaħ minħabba x-xogħlijiet estensivi li kienu għaddejjin fuq ir-roundabout ta’ ħdejn iċ-ċimiterju. Din il-junction isservi ħames toroq ewlenin u għandha numru kbir ta’ servizzi għaddejjin minn taħtha.
Intantix-xogħol fuq r-roundabout fit-tarf l-ieħor f’Tal-Qlejja tlesta aktar kmieni dan ix-xahar. Taħt din ir-roundabout jiltaqgħu tliet common service ducts, għoljin madwar żewġ metri, liema service ducts qed iġorru numru ta’ cables fuq hangars magħmulin apposta għal dan l-iskop. Fl-istess junction jiltaqgħu ukoll 7 mains ta’ l-ilma u s-sistemi ta’ l-ilma tax-xita li ġejjin mit-toroq li jwasslu għal fuq din il-junction.
Il-Ministrugħall-Iżvilupp Urban u Toroq, qal li minkejja l-kumplessità ta’ dawn ix-xogħlijiet fuq is-servizzi, din it-triq qed tinfetaħ għat-traffiku qabel it-terminu tal-kuntratt li kien iffirmat is-sena li għaddiet.
“Il-ħidmata’ kordinazzjoni bla waqfien bejn il-Ministeru, l-Awtorità dwar it-Trasport u l-kumpaniji tas-servizzi wasslu biex din it-triq titlesta aktar minn xahar qabel it-terminu tal-31 t’Awissu 2005, li kien hemm imniżżel fil-kuntratt ta’ Lot 1,” qal il-Ministru Mugliett.
Hużied jgħid li fil-bini ta’ din it-triq kien hemm ukoll ċans biex jiġu rfinuti teknoloġiji ġodda bħad-dwal full cut-off li jnaqqsu l-kontaminazzjoni mid-dawl fl-ambjent tal-madwar.
Il-MinistruMugliett irrefera wkoll għas-sistema għall-ilma tax-xita li hemm għaddejja ma’ ġenb din it-triq. Hu qal li l-5.5 kilometri ta’ stormwater culverts li hawn fuq Lot 1, ser ikunu qed jilqgħu ukoll ilma mill-istormwater system li qed titlesta bħal issa matul il-bypass tal-Imtarfa.  Ta’ min isemmi wkoll l-isforzi li saru biex culverts li kienu eżistenti taħt parti minn dawn it-toroq gew restawrati biex setgħu jiġu ntegrati fis-sistema ta’ l-ilma tax-xita.
Dinit-triq hija waħda minn ta’ l-ewwel li qed tintegra wkoll ix-xogħlijiet tal-‘landscaping’ propju waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol, u mhux wara li dan jitlesta. Dan wassal biex l-Environmental Landscapes Consortium seta’ jaħdem flimkien mal-kuntrattur biex il-faċilitajiet li hemm bżonn għal-‘landscaping’ setgħu jiddaħħlu fid-diżinji tat-triq. Dawn kienu jinkludu wkoll zewg ġibjuni ta’ l-ilma, wieħed ħdejn Chadwick Lakes li jilqa’ 70.25 metru kubu ta’ ilma u ieħor ħdejn iċ-ċimiterju ta’ l-Inglizi li jilqa’ 53.84 kubu metru ta’ ilma biex il-pjanti li tħawwlu jkunu jistgħu jissaqqew matul is-sena kollha.  Dan il-ġibjun ser ikun qed jimtela’ mill-ilma tax-xita li ser jiġi dirett għal ġo l-istess ġibjun minn sistema ta’ kanali.
Il-MinistruMugliett innota b’dispjaċir li l-atti vandali ta’ ftit ġimgħat ilu - meta persuni mhux magħrufa qaċċtu għexieren ta’ siġar li kienu għadhom kemm tħawwlu matul Triq Buqana - swew mal-Lm1,600 biex jinbidlu.
It-toroqkollha li qed jinbnew mill-ġdid bil-fondi tal-Ħames Protokoll Taljan jinkludu bosta miżuri ntiżi biex tiżdied is-sigurtà fuqhom. Dawn jinkludu l-użu ta’żrar impurtat minn barra minn Malta biex jigi mplimentat fil-wiċċ tat-triq u b’hekk tittejjeb l-iskid resistance, re-alignment tal-karreġġjati fejn dan kien possibbli, twessiegħ tat-toroq viċin il-junctions biex titjieb il-viżibilità u l-bini ta’ service roads f’żoni abitati u kummerċjali biex jiġi separat it-traffiku lokali mit-through traffic.
Intant,ftit qabel it-triq infetħet uffiċjalment għat-traffiku, ġiet inawgurata statwa ta’ San Kristofru li tpoġġiet fuq ir-roundabout tal-Qlejja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow