Żieda sostanzjali fil-valur ta’ frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija - ikkonfermati xejriet pożittivi għas-settur tal-biedja Maltija
pr1113
22/07/2005
| Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjon | l-istatistika ppublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dwar Frott u Ħaxix għat-tieni kwart ta’ l-2005. |
| Fil-perjodu sa’ Ġunju 2005 kienu reġistrati żidiet kemm fil-valur kif | ukoll fil-volum ta’ frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija. Il-valur tal-frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija żdied bi kważi Lm400,000, qabża ta’ 25% fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Dan mingħajr ma wieħed jgħodd is-sussidji li ngħataw fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena li jammontaw għal Lm342,438. |
| Il-volum ta’ frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija kellu żieda ta’ | madwar 2%. Meta wieħed iqis l-ewwel sitt xhur tas-sena jsib li l-valur ta’ frott u ħaxix żdied b’Lm200,000, jew 6% meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. |
| B’reazzjoni għal din l-istatistika, l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u | l-Ambjent George Pullicino qal li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li s-settur tal-biedja Maltija qed jadatta ruħu dejjem aktar aħjar għar-realta’ tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hu qal li għalkemm il-Gvern japprezza li għad hemm spazju għal titjib, il-Gvern irid jassigura li se jibqa’ jaħdem u joħloq l-aħjar kundizzjonijiet biex is-settur agrikolu jkun f’pożizzjoni li jibbenefika mir-realtajiet ta’ llum. |
| George Pullicino qal li dawn iċ-ċifri għandhom ikunu l-akbar indikazzjoni | li l-bdiewa stess qed juru kunfidenza fis-settur. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Dr. Francis Agius qal li | dawn iċ-ċifri juru ukoll il-fiduċja tal-konsumatur Malti li baqa’ jixtri frott u ħaxix frisk lokali. Dan ukoll huwa kontribut li l-bidwi Malti qed jifhem il-ħtieġa li jipreżenta prodotti agrikoli ta’ kwalita’. |
| Il-Ministru Pullicino qal li dawn ix-xejriet jikkonfermaw ukoll l-għaqal | tal-Gvern li fin-negozjati tas-sħubija nnegozja pakkett ta’ għajnuna u sussidji biex jassigura li l-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin ikunu f’qagħda li jikkompetu. |
| Ta’ min ifakkar li fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Ewropea ikkonfermat | ukoll l-istatus ta’ Malta bħala Żona Żvantaġġjata (less favoured area) u dan se jwassal biex Malta tibqa’ eliġibbli għall-ogħla allokazzjoni ta’ fondi sas-sena 2010. Fi kliem il-Kummissarju Ewropew Fischer Boel innifisha, hi stqarret li pajjiżna għandu każ b’saħħtu biżżejjed biex iżomm dak l-istatus anke wara dak il-perjodu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946