Propost pjan ta’ tigdid ghall-inkluzjoni fl-edukazzjoni
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dr. Louis Galea dalgħodu | nieda r-rapport “Inclusive and Special Education: Review Report” magħmul mill-Working Group presedut mis-sur Lino Spiteri. Dan hu t-tieni rapport li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed jippubblika f’anqas minn ħmistax-il ġurnata, bil-ħsieb li jdaħħal is-sistema edukattiva ta’ Malta f’fażi ġdida kif jitolbu ż-żmenijiet tal-lum. |
| Għall-Konferenza | Stampa, minbarra l-Ministru u s-Sur Spiteri, attendew ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru s-Sur Frans Borg u d-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni Dr. Cecilia Borg, Diretturi oħra u s-Sur Joe Camilleri ċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD). |
| Il-Working | Group twaqqaf mill-Ministru f’Diċembru 2004 u ssottometta r-rapport fi żmien sitt xhur, fit-30 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Il-membri li assistew lil Lino Spiteri fil-Working group kienu Gorg Borg - Uffiċċjal Edukattiv Prinċipali, Anne-Marie Callus uffiċjal tal-KNPD, Joe Cauchi għalliem fil-Higher Secondary, u Micheline Sciberras, Policy Coordinator fil-Ministeru. |
| Il-Grupp, | wara konsultazzjoni mill-aktar mifruxa ma’ kull min hu interessat, u wara li analizza b’mod kritiku u fil-fond is-sitwazzjoni f’dan il-qasam, jipproponi sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet għall-futur ta’ l-inklużjoni fl-edukazzjoni u ta’ l-iskejjel speċjali. |
Il-Grupp jipproponi Pjan ta’ Tiġdid mifrux fuq perjodu ta’ bejn seba` u għaxar snin fejn l-appoġġ fit-tagħlim ta’ l-istudenti ma jibqax jiddependi f’kull każ fuq servizz ta’ facilitator[1] għal kull student/a. Il-Grupp jemfasizza li s-servizzi ta’ l-Istat għandhom ikunu ta’ l-għola kwalità biex dawk li ma jifilħux iħallsu xorta jkollhom aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità daqs kemm hu possibbli. Fost l-azzjoni li l-Grupp jinsisti li għandha tittieħed hemm:
1. Screening, assessment u interventi bit-tifsil ta’ Pjan Edukattiv Individwali (PEI) fis-snin bikrija qabel il-bidu ta’ l-esperjenza edukattiva;
2. Proċess multidixxiplinarju ta’ statementing kemm jista` jkun fl-ambjent ta’ l-iskola;
3. Is-servizzi kollha provduti fl-iskola għandhom jippromwovi kultura ta’ indipendenza bl-iskop li titwettaq l-inklużjoni sħiħa ta’ dawn l-istudenti;
4. Għandu jkun hemm pożizzjoni ġdida ta’ Ko-ordinaturi għall-Inklużjoni u għalliema speċjalizzati fid-diversi oqsma ta’ diżabilità, bħal nuqqas ta’ smigħ jew vista, u diffikultajiet fl-imġieba u l-kommunikazzjoni, biex jappoġġjaw sew lill-għalliema kif ukoll lill-istudenti fil-klassi;
5. Il-Grupp jirrakkomanda pjan b’miri ċari għat-taħriġ ta’ l-istudenti għalliema tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni, tal-Kapijiet, Assistenti Kapijiet, għalliema u facilitators fis-servizz dwar it-teknika u l-implimentazzjoni tal-PEI, u ta’ għalliema speċjalisti;
6. Studenti bi bżonn ta’ appoġġ qawwi u kontinwu fil-klassi għandu jingħatalhom minn persuni mħarrġa għal anqas sal-livell ta’ Diploma u li jgħinu lill-għalliema tal-klassi fit-tagħlim ta’ dawn l-istudenti;
7. Is-servizz lil studenti li l-bżonn speċjali tagħhom huwa biss kura personali għandu jingħatalhom minn assistenti personali li jagħtu servizz fl-iskola kollha jew f’diversi skejjel, filwaqt li studenti li għandhom bżonn ukoll is-servizz ta’ facilitator għall-programm edukattiv tagħhom ikollhom il-bżonnijiet personali tagħhom moqdija mill-istess facilitator;
8. Għandu jiġi stabbilit żmien għat-twaqqif ta’ Ċentru Nazzjonali ta’ Appoġġ (National Support Centre);
Il-Grupp jirrakkomanda ukoll diversi miżuri li għandha tieħu id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni fl-erbgħa snin li ġejjin, fosthom:
1. Ristrutturar tad-Dipartiment tas-Servizzi ta’ l-Istudenti u r-Relazzjonijiet Internazzjonali f’taqsima li tgħaqqad l-edukazzjoni inklussiva u speċjali u servizzi oħra ta’ appoġġ;
2. Ħolqien ta’ taqsima li tikko-ordina fi ħdanha s-servizzi kollha relatati mal-litteriżmu;
3. Kors obbligatorju sal-livell ta’ ċertifikat għal dawk li qed jaħdmu f’dan il-qasam iżda m’għandhomx id-Diploma meħtieġa u li jieħu in konsiderazzjoni l-esperjenza u jiġi akkreditat għall-finijiet ta’ kors li jwassal għal Diploma; dawk li jagħmlu dan il-kors b’suċċess għandhom jingħataw benefiċċju finanzjarju ta’ darba filwaqt li l-ingaġġ ta’ dawk li jirrifjutaw li jagħmlu l-kors għandu jiġi rikonsidrat;
4. Dawk li jaħdmu f’dan il-qasam għandu wkoll ikollhom l-opportunità jieħdu sehem fil-programm ta’ żvilupp professjonali li jsir għall-għalliema wara l-ħin ta’ l-iskola;
5. Il-problema ta’ ‘mismatch’ bejn il-bżonnijiet speċjali ta’ l-istudent u l-appoġġ li qed jingħata għandha tiġi indirizzata;
6. Il-rapport ta’ l-statementing għandu jindika biċ-ċar jekk l-istudent konċernat għandux jibqa` l-iskola waqt l-assenza ta’ min ikun qed jgħinu jew għandux jattendi waqt din l-assenza f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Riżorsi li għandhom jiġu stabiliti;
7. Il-Grupp jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet dwar id-deskrizzjoni tax-xogħol (job description), kwalifiċi minimi għall-ingaġġ’, differenzjazzjoni bejn studenti fil-primarja u dawk fis-sekondarja, pjan ta’ transizzjoni minn livell għall-ieħor u għad-dinja tax-xogħol, u evalwazzjoni kontinwa;
8. Il-Grupp jirrakomanda li l-Gvern għandu jikkonsidra li jestendi l-għajnuna li jagħti lill-istudenti fl-iskejjel tiegħu u f’tal-Knisja lill-istudenti fl-iskejjel privati;
9. Il-Grupp jittratta wkoll it-talbiet għal għajnuna minn Għaqdiet Volontarji (NGO’s) differenti u d-dritt safejn possibbli għall-għażla mill-ġenituri ta’ programmi differenti għal uliedhom, u jirrakkomnda li l-Gvern jirrevedi l-mod kif jalloka l-fondi pubbliċi ta’ assistenza lil dawn l-għaqdiet.
Fl-aħħar parti tar-rapport il-Grupp jittratta l-iskejjel speċjali u jirrikkomanda li dawn għandhom isiru Ċentri ta’ Riżorsi biex iwettqu skopijiet diversi, fosthom li:
1. Jaqdu l-bżonnijiet edukattivi ta’ dawk l-istudenti li minħabba l-grad jew in-natura ta’ disabilita` jibbenefikaw aktar minn edukazzjoni speċjali bħala parti mill-programm ta’ inkluzjoni skond il-PEI tagħhom;
2. Iservu ta’ Ċentri ta’ taħriġ u jagħtu servizzi bir-riżorsi speċjali tagħhom lill-iskejjel l-oħra u jagħtu opportunita` lil studenti bi bżonnijiet edukattivi individwali li jattendu l-iskejjel l-oħra li jibbenefikaw mir-riżorsi speċjalizzati f’dawn iċ-Ċentri.
| F’rakkomandazzjoni | oħra l-Grupp jissugerixxi li d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tarma numru ta’ skejjel primarji u sekondarji b’servizzi edukattivi għal studenti neqsin mis-smigħ. B’hekk ikun hemm edukazzjoni tajba f’ambjent ta’ skejjel normali u jissaħħu s-servizzi għal kull min ikollu xi diffikultà ta’ dan it-tip. Il-Grupp jitlob ukoll li ssir riċerka u analiżi speċjali tal-fenomenu tad-dyslexia fost it-tfal u l-istudenti u tal-mod kif qed tiġi trattata. Din l-analiżi għandha teżamina għaliex qed jiġu rapportati dejjem aktar każi u għandha twassal għall-azzjoni konkreta fit-titjib tas-servizzi li jingħataw lil dawn l-istudenti, fosthom l-arrangamenti speċjali għal waqt l-eżamijiet. |
| Il-Grupp | jitkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fl-edukazzjoni ogħla u dik terzjarja fejn studenti bi bżonnijiet speċjali għadhom qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fit-tagħlim u t-taħriġ. Il-Grupp jikkummenta wkoll dwar id-diffikultajiet biex studenti b’diżabilità jsibu x-xogħol u jinsisti li l-liġijet għandhom jiġu infurzati, bis-Servizz Pubbliku ikun ta’ eżempju għal employers oħra. |
| Fl-aħħar | nett il-Grupp jissuġerixxi tibdil fil-Kostituzzjoni u fil-Liġi dwar l-Edukazzjoni biex dawn jiġu aġġornati skond l-evoluzzjoni li qed isseħħ bl-inkluzjoni fl-edukazzjoni. Il-Grupp jgħid ukoll li għandu jitwaqqaf Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar kwestjonijiet ta’ diżabilità, presedut mill-Speaker. |
| Ir-rapport | ta’ 90 pagna, bi 30 pagna ta’ rakkomndazzjonijiet dettaljati, qed jiġi pubblikat u hu akkompanjat b’CD li fiha Anness ta’ kważi 300 paġna ta’ sottomissjonijet ta’ dawk kollha li kienu involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni. Fost ħafna oħrajn, il-Grupp iltaqa` mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant u ma’ Dr Harry Vassallo Chairman ta’ l-Alternattiva Demokratika. |
| L-Ewwel | Parti tar-rapport tagħti l-isfond legali u politiku u tanalizza il-qafas tal-istatistika u tal-finanzi f’dan is-settur. Il-popolazzjoni ta’ studenti fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex tammonta għal 70,000 fi 340 skola ta’ l-Istat, tal-Knisja u tal-Privat. Minn dawn, 1785 studenti għandhom bżonnijiet edukattivi individwali jew qiegħdin fi skejjel speċjali. Minn dawn 77 qiegħdin fil-Kinder, 997 fl-iskejjel primarji, 422 fl-iskejjel sekondarji, 3 fil-Higher Secondary, u 286 fl-iskejjel speċjali. Dawn l-istudenti huma servuti minn 858 facilitator fl-iskejjel ta’ l-Istat u 284 fl-iskejjel tal-Knisja. Fl-aħħar tliet snin (2002 -2004) 1328 studenti ġew riferuti għall-statementing li minnhom 323 għandhom appoġġ full-time, 313 għandhom appoġġ shared, u 305 għandhom xi forma oħra ta’ appoġġ. L-ispiża tal-Gvern konnessa mas-servizzi edukattivi għal studenti bi bżonnijiet speċjali telgħet minn Lm 2 miljun lira fis-sena 2000 għal aktar minn Lm 4 miljuni din is-sena. Ir-rapport jagħmel ukoll studju komparattiv dwar l-edukazzjoni u l-bżonnijiet speċjali fl-Ewropa. Fl-aħħar ta’ l-ewwel parti tar-rapport insibu l-punti ewlenin tas-sottomissjonijiet li saru bil-miktub, inkluż minn studenti u ġenituri, u li jinsabu fid-dettal fl-Anness mar-rapport. |
| Fit-Tieni | Parti r-rapport jevalwa b’mod dettaljat il-politika u s-servizz ta’ appoġġ fit-tagħlim fil-qasam ta’ l-inklużjoni fl-edukazzjoni. Filwaqt li r-rapport jinnota li l-ispiża f’dan is-settur irduppjat mis-sena 2000 ‘l hawn, il-Grupp jikkonkludi li r-riżorsi sew finanzjarji kif ukoll umani m’humiex qed jiġu allokati u utilizzati b’mod li jagħtu servizz ta’ aktar kwalità u ta’ valur għall-flus li l-Gvern qed joħroġ. Il-Grupp jikkonkludi li s-sistema mhix qed taħdem tajjeb, fiha ċertu ħela, u f’ċertu sens mhix qed tkun effettiva biżżejjed. Il-Grupp jinsisti li r-riżorsi umani u finanzjarji għandhom jiġu utilizzati b’mod aktar effettiv u effiċjenti biex ikun hemm riżultati aħjar sew fuq livell individwalil kif ukoll fuq dak tas-soċjeta`. |
| Fil-Konferenza | Stampa l-Ministru Louis Galea irringrazzja lis-Sur Lino Spiteri u l-membri l-oħra tal-Working Group. Huwa qal li r-rapport wettaq it-termini ta’ riferenza mogħtija lilu b’mod tajjeb ħafna. “Jiena ċert li l-kwalita` tal-analiżi u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ser ikunu determinanti biex jiġi xprunat titjib sostanzjali b’risq l-inklużjoni fl-edukazzjoni. Ma nistax ma infissirx l-apprezzament għall-fatt li l-Working Group wettaq xogħol kumpless b’livell mill-aktar għoli fi żmien sitt xhur.” |
Il-Ministru Galea qal li r-rapport diġà ġie mifli minnu, mill-Ministeru u mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Ir-rapport qed jiġi pubblikat fuq il-website www.education.gov.mt/inclusion.htm għall-informazzjoni ta’ kull min hu interessat. Wara li tiftaħ is-sena skolastika li jmiss huwa beħsiebu jsejjaħ Konferenza Nazzjonali biex dawk kollha involuti jikko-ordinaw l-azzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ ħafna mir-rakkomandazzjonijiet.
| Il-Ministru | Galea qal li huwa qed jaċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Grupp li jitfassal Pjan ta’ Azzjoni ta’ numru ta’ snin li jirripożizzjona l-inklużjoni fl-edukazzjoni fid-direzzjoni li qed jindika r-rapport. Numru ta’ rakkomandazzjonijiet li jolqtu lid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ser jiġu trattati fir-riforma edukattiva li tħabbret ftit ġranet ilu fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”. Il-Ministru Galea qal li hu jaqbel mal-biċċa l-kbira tal-proposti u ser jaħdem fil-Gvern u ma’ l-awtoritajiet u l-stakeholders edukattivi bl-iskop li jittieħdu l-passi meħtieġa għat-twettiq tagħhom. |
| Louis | Galea temm jgħid li l-esperjenza ta’ l-inklużjoni fl-edukazzjoni fl-aħħar għaxar snin ġabet ġid kbir magħha għal eluf ta’ studenti u ġenituri. Issa jeħtieġ li nibnu fuq din l-esperjenza biex intejjbu s-sistema u nassiguraw riżultati ta’ kwalità aħjar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946