Left arrow Mur Lura

Kanzunetta b’risq ghaqdiet filantropici

pr1108
Date Icon 22/07/2005
Bħalaparti mill-festival “Heart of Gold”, li ser jorganizzaw il- “Young Talent Team” fil-parkeġġ tar-Razzett tal-Ħbiberija f’Marsascala, fis-26 ta’ Awissu, il-kantanti li qed jipparteċipaw f’dan il-festival irrekordjaw  album  ta’ kanzunetti  li jinkludi l-kanzunetta li ġġib l-isem tal-festival “Heart of Gold”.
Id-dħulkollu minn dan il-festival, li jinkludi id-dħul mill-biljetti, mill-album tad-diski u l-bejgħ mill-istands ser jinqasam bejn l-erbatax-il dar residenzjali tal-Knisja immexxija minn Dun Victor Zammit McKeon, fejn jgħixu ’l fuq minn 300 tifel u tifla; u r-Razzett tal-Ħbiberija fejn jattendu ’l fuq minn 1,000 persuna bi ħtiġiet differenti.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech kien ippreżentat b’kopja DVD tal-video “Heart of Gold” minn Godwin Debattista. Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil Young Talent Team għall-inizjattiva tagħhom lejn dawk bi ħtiġiet differenti fi ħdan is-soċjeta’ Maltija.
“Filwaqtli s-sajf jiġi biex nieħdu l-vaganzi intom għażiltu li tiddedikaw il-ħin liberu tagħkom biex taħsbu fil-ħtiġiet ta’ ħaddieħor. Dan hu ta’ min ifaħħru u jinkoraġġieħ,” qal il-Ministru Zammit Dimech li rringrazzja lill-organizzaturi ta’ dan il-festival u lil kulmin ikkontribwixxa biex setgħet tiġi rrekordjata l-kanzunetta “Heart of Gold”.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow