Kanzunetta b’risq ghaqdiet filantropici
pr1108
22/07/2005
| Bħala | parti mill-festival “Heart of Gold”, li ser jorganizzaw il- “Young Talent Team” fil-parkeġġ tar-Razzett tal-Ħbiberija f’Marsascala, fis-26 ta’ Awissu, il-kantanti li qed jipparteċipaw f’dan il-festival irrekordjaw album ta’ kanzunetti li jinkludi l-kanzunetta li ġġib l-isem tal-festival “Heart of Gold”. |
| Id-dħul | kollu minn dan il-festival, li jinkludi id-dħul mill-biljetti, mill-album tad-diski u l-bejgħ mill-istands ser jinqasam bejn l-erbatax-il dar residenzjali tal-Knisja immexxija minn Dun Victor Zammit McKeon, fejn jgħixu ’l fuq minn 300 tifel u tifla; u r-Razzett tal-Ħbiberija fejn jattendu ’l fuq minn 1,000 persuna bi ħtiġiet differenti. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech kien ippreżentat b’kopja DVD tal-video “Heart of Gold” minn Godwin Debattista. Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil Young Talent Team għall-inizjattiva tagħhom lejn dawk bi ħtiġiet differenti fi ħdan is-soċjeta’ Maltija. |
| “Filwaqt | li s-sajf jiġi biex nieħdu l-vaganzi intom għażiltu li tiddedikaw il-ħin liberu tagħkom biex taħsbu fil-ħtiġiet ta’ ħaddieħor. Dan hu ta’ min ifaħħru u jinkoraġġieħ,” qal il-Ministru Zammit Dimech li rringrazzja lill-organizzaturi ta’ dan il-festival u lil kulmin ikkontribwixxa biex setgħet tiġi rrekordjata l-kanzunetta “Heart of Gold”. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946