Performance update għall-Air Malta
Riżultati ta’ din is-sena li ġiet fi tmiemha f’Marzu 2005 juru li l-Air Malta tejbet il-‘core operating bottom-line’ bi Lm3 miljuni (8 xhur Awissu-Marzu ’04-’05 komparat ma’ Awissu-Marzu ’03-04 jew Lm1.2 miljun fi 12-il xahar April-Marzu ’04-’05, komparat ma’ April-Marzu ’04-’05). Dan minkejja li kien hemm impatt ta’ Lm4 Miljuni, li ġie mill-prezz tal-fuel wara l-‘hedging’ u s-‘surcharges’.
Dan tħabbar waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn fiha ic-Chairman tal-Kumpanija Lawrence Zammit ippreżenta aġġornament tal-performance tal-linja nazzjonali ta’ l-ajru l-Air Malta lis-‘shareholder’ tal-kumpanija li kien rappreżentat mill-Ministru Gatt, kif ukoll lill-meżżi tax-xandir.
| Il-Ministru | Gatt qal li għall-ewwel darba l-kontijiet li se tkun qed tippubblika l-Air Malta jagħmlu analiżi separata tal-finanzi ta’ l-operat tal-kumpanija wara li tneħħi l-kirjiet jew xi dħul u ħruġ stra-ordinarju li ma jkollux x’jaqsam ma’ l-operat u wara diversi snin ser ikunu preżentati f’inqas minn 4 xhur minn meta għalqet is-sena finanzjarja. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li hemm ċirkostanzi li m’humiex fil-kontroll tagħna, qed jiġġildulna u jitfu ħafna minn dak li rnexxielna niksbu. Wieħed mill-akbar theddidiet huwa l-prezz taż-żejt. Il-Ministru Gatt saħaq li r-riżultati li nkisbu s’issa ma’ kienux ikunu possibbli mingħajr il-parteċipazzjoni tal-unions kollha, flimkien ma’ l-impenn tal-management li ħadmu biex jevitaw ’free fall’ tal-kumpanija. |
| Ic-Chairman | ta’ l-Air Malta, qal li filwaqt li huwa korrett li wieħed jgħid li għamilna progress, wieħed irid iqis u jifhem li għadna ma ħriġnix mill-foresta. Is-sur Zammit spjega li r-riżultati miksuba huma dovuti lejn numru ta’ affarijiet, fuq kollox ir-rescue plan li wera kif il-ħaddiema tal-kumpanija u l-unions fehmu l-qagħda ta’ l-Air Malta, apprezzaw li l-kultura trid tinbidel u llum, grazzi għall-works council, qed jifhmu li għad baqa’ x’jinbidel biex nippreservaw il-futur ta’ l-Air Malta. |
| Fil-preżentazzjoni | tiegħu c-Chairman tal-kumpanija ta ħarsa dettaljata dwar il-progress reġistrat mill-kumpanija, ħarsa lejn l-isfidi li qed tiffaċċja l-linja Maltija u numru ta’ ċifri li jindikaw ir-riżultati miksuba. (Preżentazzjoni mehmuża) |
| Il-Ministru | Gatt saħaq li r-riżultati parzjali jagħtuna tagħlima li jekk kulħadd joqgħod il-bogħod mir-retorika u japprezza u jieħu l-isfidi li għandu quddiemu verament nistgħu nagħmlu l-bidliet neċessarji biex kumpaniji. |
| Huwa | iktar utli li npoġġu madwar mejda u naslu għal soluzzjoni vijabbli, minkejja d-deċiżjonijiet iebsin, madankollu, tasal għal soluzzjonijiet li jiggarantixxu l-futur. Il-Ministru Austin Gatt fisser li llum ir-riżultati juru li l-ħaddiema għandha futur. Il-Ministru Gatt fisser li l-kumpanija Air Malta qed tikkompeti f’suq kompetittiv għall-aħħar. Huwa spjega li kumpanija tibqa’ tiffunzjona jekk jagħmel sens ekonomiku u kummerċjali. Il-Ministru Gatt qal li l-kumpanija Air Malta kienet kapaċi tiffaċċja l-isfidi, u filwaqt li “kif tenna tant tajjeb ic-Chairman m’aħniex ‘out of the woods’, imma ninsabu mexjin fid-direzzjoni lejn riżultati aħjar.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946