Left arrow Go Back

IL-KUMITAT PARLAMENTARI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI  JIPPREŻENTA R-RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAR-REGOLAMENTAZZJONI DWAR L-UŻU TAL-BIOTEKNOLOĠIJA

pr1104
Date Icon 22/07/2005

Il-Kumitat Permanenti Dwar l-Affarijiet Soċjali temm id-diskussjoni dwar l-Użu tal-Bioteknoloġija f’Malta billi approva ġabra ta’ rakkomandazzjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni tal-bioteknoloġija f’pajjiżna. Għal raġunijiet prattiċi, il-Kumitat għażel li jiffoka d-diskussjoni dwar l-użu tal-bioteknoloġija fuq l-aktar żewġ oqsma li nħass li kienu jeħtieġu diskussjoni urġenti: it-Teknoloġija Ġenetika u l-Prokreazzjoni Assistita.

Il-Kumitat ilu jiltaqa’ sabiex jiddiskuti dan is-suġġett għal dawn l-aħħar 8 xhur, sa minn Novembru tas-sena 2004: fejn b’kollox saru, numru rekord ta’ 24 seduta u nstemgħet 36 xhieda differenti. Matul dawn il-laqgħat instemgħet ix-xhieda ta’ esperti mill-oqsma tal-Bioetika, Morali , Filosofija, Teoloġija, Mediċina, Ġenetika, Riċerka Xjentifika, Liġi, Drittijiet tal-Bniedem  u Amministrazzjoni Pubblika; ġejjin fost l-oħrajn mill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bioetika, il-European Group on Ethics in Science and New Technologies to the European Union, mill-Università ta’ Malta, mill-Isptar San Luqa, mill-isptarijiet privati, u mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Il-Kumitat, qabel ma wasal għal konklużjonijiet tiegħu, wettaq proċess ta’ konsultazzjoni. Għal dan il-għan xhieda oħra kienet tinkludi l-Kummissjoni Nazzjonali Familja, il-Kummissarju tat-Tfal, il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, il-Kunsill Malti Persuni b’Diżabilità, l-Għaqda Nazzjonali Ġenituri Persuni b’Diżabilità, il-Moviment għall-Ħarsien tat-Tarbija fil-Ġuf fil-Gżejjer Maltin, il-WAW – Infertility Support Group, il-Gift of Life, u pazjenti li għamlu użu mill-bioteknoloġija.   

Wara ix-xhieda tal-esperti u l-process ta’ konsultazzjoni, il-Kumitat kien ippreżentat b’dokument ghad-diskussjoni, miġbur mill-President tal-istess Kumitat, l-Onor. Clyde Puli. Dan id-dokument serva bħala l-bazi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-Kumitat.  

Il-prinċipji fundamentali li jiggwidaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar l-użu tal-bioteknoloġija huma:

  • Ir-rispett shih lejn id-dinjità u l-integrità tal-ħajja umana; u
  • r-rispett lejn id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.

Għal dan il-għan kien deċiż li x-xjenza tkun użata biss għas-serviżż tal-Bniedem u tal-Ġenerazzjonijiet futuri tiegħu u li l-Ħarsien tal-Bniedem jieħu preċedenza fuq l-interess uniku tas-Soċjetà jew tax-Xjenza.  

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ghandom jittieħdu in konsiderazzjoni mill-gvern qabel ma jippreżenta abbożż ta’ liġi għad-diskussjoni fil-parlament.  

Kopja ta-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat u kopja tar-rapport ippreżentat mill-President tal-Kumitat jinstabu fuq http://www.parliament.gov.mt/information/Papers/Biotechnology.htm

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow