Left arrow Mur Lura

Arranġamenti biex jinżammu ndaf il-bajjiet, il-promenades u l-baħar

pr1103
Date Icon 21/07/2005
Meta kien qed jitkellem fil-ftuħtal-kampanja ‘Clean Up the Seas’, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li t-tindif tal-bajjiet, tal-baħar,  tal-promenades u ta’ lokalitajiet marbuta mas-settur turistiku kienu priorita’ għall-Ministeru tiegħu u kien ħa passi biex dawn jitnaddfu aktar spiss.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-Oil Pollution Response Unit kienet responsabbli għat-tindif ta’ l-ibħra minn skart li jintefa’ fil-baħar u minn żjut li setgħu jniġġsu x-xtajtiet.  Hu qal li din  kienet attrezzata b’laneċ u b’dak kollu meħtieġ biex jitnaddfu l-ibħra minn żjut. Hu qal li dan il-Unit kellu nies imħarrġa li kienu qed jaqdu dmirhom tajjeb.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li l-Ministeru tiegħu kien ukoll responsabbli għat-tindif tax-xtajtiet. Hu qal li dawn ix-xtajtiet kienu jitnaddfu kuljum inkluż il-Ħadd:

o    Tramuntana: Ġnejna, Riviera , Golden Sands, Gerbulin, Għadira, Ċirkewwa, Wied Musa, Armier, Little Armier, Torri l-Abjad, Ta’ Kejl, Mġiebaħ Selmun.

o    Ċentru: Mistra, Fekruna, Xemxija, Tax-Xama. Gillieru, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Coast Road , Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, Villa Rosa, San Ġiljan, Sliema u Valletta .

o    Nofsinhar: Isla, Birgu, Kalkara, Rinella, Xgħajra, Marsascala, Bajja ta’ San Tumas, Delimara, St Peter’s Pool, Xorb il-Għaġin, Marsaxlokk, Biżebbuġa u Għar Lapsi.  

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li fl-2004  tneħħew 4,500 trakk ta’ alka u skart mill-bajjiet. Hu qal li bejn Jannar u Mejju kienu diġa tneħħew 2,353 trakk ta’ alka u skart  mill-bajjiet. Hu qal li t-Taqsima tat-Tindif tax-Xtajtiet tnaddaf 1,200 bin, stallat 100 bin ġdid ta’ l-injam u mantniet u żebgħet 140 railing u slielem qrib ix-xtajtiet.
Il-MinisteruFrancis Zammit Dimech qal li l-frekwenza neċessarja fit-tindif ta’ toroq ta’ inħawi frekwentati mit-turisti kienet priorita’ assoluta u kienet stmata li tilħaq sa ħdax-il okkażjoni ta’ tindif fil-ġimgħa. Hu qal li dan ifisser li dawn il-postijiet kienu jitnaddfu darba kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd u darbtejn kuljum mill-Ħamis sal-Ħadd.  Hu qal li dan it-tindif kien jinkludi qtugħ ta’ ħaxix mill-bankini u nħawi pubbliċi.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li kienu ntlaħqu arranġamenti bejn l-Awtorita’Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Victoria – Għawdex u Żebbuġ, Għawdex għal aktar tindif ta’ dawn il-lokalitiajiet. Hu qal li dawn kienu se jingħataw Lm40,780 f’għajnuna biex iżidu l-frekwenza ta’ tindif fil-lokalitajiet u fil-każ ta’ Żebbuġ, Għawdex għal programm ta’ ġbir ta’ l-iskart.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li kienu konklużi taħditiet mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għat-tindif tal-promenades. Hu qal li mill-bidu ta’ Lulju promenades fl-inħawi tal-Mellieħa/Ċirkewwa; San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra; Paceville; Sliema u Gżira jinħaslu darba fil-ġimgħa filwaqt li dawk f’Marsascala u Birżebbuġa jinħaslu kull ħmistax. Hu qal li dawn l-arranġamenti kienu qed jiswew lil-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu Lm34,878.
Il-Ministruqal li fil-każ ta’ tas-Sliema u l-Gżira, l-ispejjeż għall-ħasil tal-promenades kienu qed jagħmlu tajjeb għalihom l-istess Kunsilli. Hu qal li kien qed isir monitoraġġ regolari biex naraw li dawn l-arranġamenti jilħqu l-livelli tal-kwalita’ mixtieqa fiz-zoni turistiċi.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern qed jagħmel dak kollu possibbli biex iżomm il-baħar, il-bajjiet u l-promenades ta’ pajjiżna ndaf. Hu appella lil kulħadd biex jikkontribwixxi biex pajjiżna jinżamm nadif sew għalina li ngħixu f’Malta, kif ukoll għat-turisti li jżuruna u li huma fonti mportanti ta’ dħul.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow