Left arrow Mur Lura

IL-MIRA TAL-KULLEGGI L-GODDA: SODISFAZZJON, APPOGG U RIZULTATI AHJAR

pr1101
Date Icon 21/07/2005
"Il-mira tal-Gvern hi li johloq ghodda aktar b'sahhitha ueffettiva biex il-Kapijiet u l-ghalliema ta' l-iskejjel ikunu jistghu jwettqu l-vokazzjoni taghhom tat-taghlim b'sodisfazzjon akbar, b'aktar appogg effettiv, u b'rizultati ahjar ghat-tfal u l-genituri. Din hi mira realistika u nistghu nilhquha f'qasir zmien bil-koperazzjoni ta' kulhadd. Jekk dan naghmluh inkunu tajna l-ekonomija ta' pajjizna l-akbar nifs."
Dan kien il-messagg tal-Ministru Louis Galea meta dalghodu iltaqa`mal-Kapijiet u Assistenti Kapijiet ta' l-iskejjel tal-gvern li ser jifformaw il-Kulleggi l-godda tal-Kottonera u l-Karwija. Il-laqgha kienet ukoll indirizzata mid-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni Dr Cecilia Borg. Il-laqgha kienet wahda ta' informazzjoni dwar il-proposti tal-Gvern ghal riforma fl-edukazzjoni kif imfissra fid-dokument "BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL".
Dr Cecilia Borg fil-messagg taghha fissret li l-proposti fid-dokumenthuma r-rizultat tal-hidma li saret fis-snin li ghaddew. Hija qalet li l-bidla hi mehtiega biex l-istrutturi fl-edukazzjoni ilahhqu mal-bzonnijiet u r-realtajiet tal-lum. "Ghalina t-tfal huma l-klijent principali. Ahna rridu naghtuhom servizz ta' kwalitá". Dr Borg fakkret fil-Konferenza li saret f'Mejju li ghadda ghall-Kapijiet kollha ta' l-iskejjel dwar il-valur ta' networking bejn l-iskejjel, fejn kull skola tikseb sahha gdida minn nisga, filwaqt li zzomm l-identitá, l-missjoni u l-karattru taghha.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li, flimkien ma' Ghawdex,il-Kulleggi tal-Kottonera u tal-Karwija qed jigu proposti bhala l-ewwel esperjenza fl-organizzazzjoni gdida ta' networks ghal edukazzjoni ta' kwalitá.
Fil-Kullegg tal-Kottonera l-Gvern qed jipproponi li l-iskejjelprimarji ta' Bormla, l-Isla, l-Birgu u l-Kalkara jintisgu flimkien ma' l-iskejjel sekondarji tal-Verdala Junior Lyceum, u l-iskejjel Lorenzo Gafá u Erin Serracino Inglott. Il-Ministru Louis Galea habbar li huwa digá tkellem mal-Kullegg De la Salle f'Bormla u stedinhom jikkonsidraw jippartecipaw f'dan il-Kullegg.
Il-Ministru fisser li l-Kullegg tal-Kottonera irid igib mieghuzvilupp shih tal-bini u l-facilitajiet ta' l-iskejjel f'dawn l-inhawi. "Ahna konxji li biex l-edukazzjoni tat-tfal f'dawn l-inhawi taghmel qabza 'l quddiem tinhtieg strategija specjali li tkun appoggjata mill-forzi kollha. Dawn huma inhawi li fihom kuntrasti kbar. Minn naha huma l-inhawi bi storja mill-aqwa b'wirt mill-isbah, u b'popli u b'familji b'sahhithom u li jaghtu kontribut lill-pajjiz.
Min-naha l-ohra nsibu li l-bidla fl-istorja u fl-izvilupp ekonomikuta' Malta xaqilbu l-importanza ta' dawn l-inhawi lejn inhawi ohra bil-konsegwenzi li dawn l-inhawi ddegeneraw b'effetti socjali u ekonomici mhux mixtieqa. Il-Gvern digá qed jinvesti bil-qawwi biex iqajjem mill-gdid is-sbuhija u l-energija ta' dawn l-ibliet. Issa ahna rridu li qabza fil-kwalitá ta' l-edukazzjoni ghat-tfal kollha ta' dawn l-inhawi tkun is-sisien tar-rigenerazzjoni totali tal-Kottonera."
Il-Ministru Galea qal li minbarra pjan ta' bini u mmodernizzar ta'skejjel, li jkun jinkludi s-soluzzjoni ghall-Junior Lyceum tal-Verdala u ghall-iskola primarja ta' Bormla, huwa bi hsiebu jipproponi mizuri drastici biex jattakka l-assentejizmu ta' numru ta' tfal f'dawn l-inhawi. "Mhux se naccetta aktar genituri li regolarment ma jgibux lil uliedhom l-iskola u fil-hin. Lest nikkonsidra li nipproponi t-twaqqif tac-Children Allowance lil genitur ghal dak il-wild li ma jingiebx l-iskola kuljum u fil-hin, filwaqt li din l-allowance titfaddal f'kont ta' dak il-wild li jittiehed biss meta l-attendenza fl-iskola issir wahda regolari u stabbli."
Il-Ministru Galea imbaghad fisser il-proposta dwar il_Kulleggtal-Karwija li ser jigbor fih l-iskejjel primarji ta' B'Bugia, Ghaxaq, Gudja, Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi, u Zurrieq flimkien ma' l-iskola sekondarja u Junior Lyceum gdid li qed jinbena fil-limiti ta' Hal Kirkop. Huwa qal li l-bini ta' skola gdida joffri opportunitá unika biex tigi mnedija qabza ta' kwalitá fl-edukazzjoni f'dawn l-inhawi wkoll.
Il-Ministru Galea fisser li l-Kapijiet u l-ghalliema f'dawn l-iskejjelser ikollhom appogg aktar dirett, fil-hin u specjali skond il-bzonnijiet tat-tfal fi hdan Kullegg awtonomu. B'hekk ix-xoghol taghhom jiffoka fuq l-edukazzjoni tat-tfal b'anqas tensjoni u b'aktar sodisfazzjon.
Il-Ministru Galea qal li din il-fazi ta' informazzjoni u d-diskussjoniu n-negozjati li ser isegwu ma' l-Unjon ta' l-Ghalliema ghandhom jghinu biex isir sforz komuni halli s-sistema edukattiva tidhol f'din il-fazi gdida ta' zvilupp li hi essenzjali jekk irridu li tfal, ic-cittadini tal-lum u ta' ghada, jirnexxu lkoll.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow