IL-MIRA TAL-KULLEGGI L-GODDA: SODISFAZZJON, APPOGG U RIZULTATI AHJAR
pr1101
21/07/2005
| "Il-mira tal-Gvern hi li johloq ghodda aktar b'sahhitha u | effettiva biex il-Kapijiet u l-ghalliema ta' l-iskejjel ikunu jistghu jwettqu l-vokazzjoni taghhom tat-taghlim b'sodisfazzjon akbar, b'aktar appogg effettiv, u b'rizultati ahjar ghat-tfal u l-genituri. Din hi mira realistika u nistghu nilhquha f'qasir zmien bil-koperazzjoni ta' kulhadd. Jekk dan naghmluh inkunu tajna l-ekonomija ta' pajjizna l-akbar nifs." |
| Dan kien il-messagg tal-Ministru Louis Galea meta dalghodu iltaqa` | mal-Kapijiet u Assistenti Kapijiet ta' l-iskejjel tal-gvern li ser jifformaw il-Kulleggi l-godda tal-Kottonera u l-Karwija. Il-laqgha kienet ukoll indirizzata mid-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni Dr Cecilia Borg. Il-laqgha kienet wahda ta' informazzjoni dwar il-proposti tal-Gvern ghal riforma fl-edukazzjoni kif imfissra fid-dokument "BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL". |
| Dr Cecilia Borg fil-messagg taghha fissret li l-proposti fid-dokument | huma r-rizultat tal-hidma li saret fis-snin li ghaddew. Hija qalet li l-bidla hi mehtiega biex l-istrutturi fl-edukazzjoni ilahhqu mal-bzonnijiet u r-realtajiet tal-lum. "Ghalina t-tfal huma l-klijent principali. Ahna rridu naghtuhom servizz ta' kwalitá". Dr Borg fakkret fil-Konferenza li saret f'Mejju li ghadda ghall-Kapijiet kollha ta' l-iskejjel dwar il-valur ta' networking bejn l-iskejjel, fejn kull skola tikseb sahha gdida minn nisga, filwaqt li zzomm l-identitá, l-missjoni u l-karattru taghha. |
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li, flimkien ma' Ghawdex, | il-Kulleggi tal-Kottonera u tal-Karwija qed jigu proposti bhala l-ewwel esperjenza fl-organizzazzjoni gdida ta' networks ghal edukazzjoni ta' kwalitá. |
| Fil-Kullegg tal-Kottonera l-Gvern qed jipproponi li l-iskejjel | primarji ta' Bormla, l-Isla, l-Birgu u l-Kalkara jintisgu flimkien ma' l-iskejjel sekondarji tal-Verdala Junior Lyceum, u l-iskejjel Lorenzo Gafá u Erin Serracino Inglott. Il-Ministru Louis Galea habbar li huwa digá tkellem mal-Kullegg De la Salle f'Bormla u stedinhom jikkonsidraw jippartecipaw f'dan il-Kullegg. |
| Il-Ministru fisser li l-Kullegg tal-Kottonera irid igib mieghu | zvilupp shih tal-bini u l-facilitajiet ta' l-iskejjel f'dawn l-inhawi. "Ahna konxji li biex l-edukazzjoni tat-tfal f'dawn l-inhawi taghmel qabza 'l quddiem tinhtieg strategija specjali li tkun appoggjata mill-forzi kollha. Dawn huma inhawi li fihom kuntrasti kbar. Minn naha huma l-inhawi bi storja mill-aqwa b'wirt mill-isbah, u b'popli u b'familji b'sahhithom u li jaghtu kontribut lill-pajjiz. |
| Min-naha l-ohra nsibu li l-bidla fl-istorja u fl-izvilupp ekonomiku | ta' Malta xaqilbu l-importanza ta' dawn l-inhawi lejn inhawi ohra bil-konsegwenzi li dawn l-inhawi ddegeneraw b'effetti socjali u ekonomici mhux mixtieqa. Il-Gvern digá qed jinvesti bil-qawwi biex iqajjem mill-gdid is-sbuhija u l-energija ta' dawn l-ibliet. Issa ahna rridu li qabza fil-kwalitá ta' l-edukazzjoni ghat-tfal kollha ta' dawn l-inhawi tkun is-sisien tar-rigenerazzjoni totali tal-Kottonera." |
| Il-Ministru Galea qal li minbarra pjan ta' bini u mmodernizzar ta' | skejjel, li jkun jinkludi s-soluzzjoni ghall-Junior Lyceum tal-Verdala u ghall-iskola primarja ta' Bormla, huwa bi hsiebu jipproponi mizuri drastici biex jattakka l-assentejizmu ta' numru ta' tfal f'dawn l-inhawi. "Mhux se naccetta aktar genituri li regolarment ma jgibux lil uliedhom l-iskola u fil-hin. Lest nikkonsidra li nipproponi t-twaqqif tac-Children Allowance lil genitur ghal dak il-wild li ma jingiebx l-iskola kuljum u fil-hin, filwaqt li din l-allowance titfaddal f'kont ta' dak il-wild li jittiehed biss meta l-attendenza fl-iskola issir wahda regolari u stabbli." |
| Il-Ministru Galea imbaghad fisser il-proposta dwar il_Kullegg | tal-Karwija li ser jigbor fih l-iskejjel primarji ta' B'Bugia, Ghaxaq, Gudja, Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi, u Zurrieq flimkien ma' l-iskola sekondarja u Junior Lyceum gdid li qed jinbena fil-limiti ta' Hal Kirkop. Huwa qal li l-bini ta' skola gdida joffri opportunitá unika biex tigi mnedija qabza ta' kwalitá fl-edukazzjoni f'dawn l-inhawi wkoll. |
| Il-Ministru Galea fisser li l-Kapijiet u l-ghalliema f'dawn l-iskejjel | ser ikollhom appogg aktar dirett, fil-hin u specjali skond il-bzonnijiet tat-tfal fi hdan Kullegg awtonomu. B'hekk ix-xoghol taghhom jiffoka fuq l-edukazzjoni tat-tfal b'anqas tensjoni u b'aktar sodisfazzjon. |
| Il-Ministru Galea qal li din il-fazi ta' informazzjoni u d-diskussjoni | u n-negozjati li ser isegwu ma' l-Unjon ta' l-Ghalliema ghandhom jghinu biex isir sforz komuni halli s-sistema edukattiva tidhol f'din il-fazi gdida ta' zvilupp li hi essenzjali jekk irridu li tfal, ic-cittadini tal-lum u ta' ghada, jirnexxu lkoll. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946