Left arrow Mur Lura

Titwal il-lista ta’ attivitajiet kulturali

pr1099
Date Icon 21/07/2005
Il-Buġibba Arts Festival qedikun organizzat għat-tielet sena konsekuttiva bejn it-22 u l-24 ta’ Lulju. Il-festival ta’ din is-sena hu taħlita ta’ mużika, drama, danza, arti u artiġġjanat.
Il-BuġibbaArts Festival ta’ din is-sena jinkludi wirja ta’ l-arti fid-Dolmen Resort bil-parteċipazzjoni ta’ l-artisti Pauleen Micallef, Margaret Farrugia, Monica Spiteri u Charles Farrugia. Il-Ġimgħa se jittella’ programm varjat fuq palk apposta f’Bay Square mill-William Dance Studios, Thea and Friends, Ta’ Ciangura Folk Group minn Għawdex, Mark Spiteri Lucas Band, flimkien mal-mistiedna speċjali Julie u Ludwig, Leontine, Annabel Borg u Ivan Spiteri Lucas.
Is-Sibt23 ta’ Lulju ikun hemm Pauleen Micallef Dance Studio, ‘Throb’ Dancers, kunċert vokali u strumentali, u kunċert ‘live’ minn Ira Losco u l-band taghħa. Il-Ħadd 24 ta’ Lulju, il-brass band ta’ San Pawl il-Baħar ser iddoqq tul il-promenade u t-toroq tal-lokalita’. Matul il-festival animaturi u artisti ser ikunu qed jagħtu wirjiet tul il-promenade ta’ Buġibba.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura l-wirja ta’ l-arti li qed tittella’ fid-Dolmen Resort bħala parti mill-Buġibba Arts Festival. Hu qal li l-arti u t-turiżmu kienu jimxu flimkien għaliex numru kbir ta’ turisti jiġu jżuruna għall-kultura, l-istorja u l-arti. Hu qal li n-numru ta’ dan it-tip ta’ turisti qiegħed kull ma jmur jikber u preżentanment ilaħħaq mal-200,000 fis-sena.
“Il-kalendarjukulturali ta’ pajjiżna llum hu wieħed vast u ma tgħaddix ġimgħa li ma jkunx hawn fil-pajjiż xi attrazzjoni kulturali. Din is-sena diġa kellna wirjiet kbar organizzati mill-Kunsill tal-Kultura u l-Arti. Kellna wkoll l-Opera on the Water, il-kunċert mill-Australian Pink Floyd, l-opera Candide, il-Malta Jazz Festival. Il-lista ta’ attivitajiet kulturali qed titwal u qed twassal sew biex il-Maltin kif ukoll it-turisti jsiru aktar konxji mill-kultura u l-arti,” tenna il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-attivitajiet kulturali kienu mezz qawwi ta’ promozzjoni għal pajjiżna barra minn xtutna u kien għalhekk li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien ma’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kienu qed jagħmlu kull ma jistgħu biex jinkoraġġuhom.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech irringrazzja u faħħar lil Malta Hotels and Restaurants Association li b’kollaborazzjoni ma’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kienet qed torganizza dan il-festival f’ċentru ewlieni turistiku. Hu appella biex aktar lokalitajiet turistiċi jikkupjaw l-inizjattiva ta’ San Pawl il-Baħar u jorganizzaw attivitatijiet simili għal żmien is-Sajf.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow