Left arrow Mur Lura

RIZULTAT PRESTIĠĠJUZ GĦAL WILLIAM CHETCUTI

pr1098
Date Icon 21/07/2005
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea, li huwa wkoll il-Ministru responsabbli mill-Isport, feraħ lit-tiratur William Chetcuti u lill-kontingent Malti mmexxi mill-President tal-Federazzjoni Maltija ta’ l-Isparar, Salvu Portelli, hekk kif sar maghruf li Chetcuti kiseb s’issa, r-riżultat prestiġjuż tat-tieni post fil-Kampjonat Dinji ta’ l-Isparar li qed isir f’Belgrad.
Danhuwa l-aqwa riżultat li William Chetcuti qatt kiseb f’kompetizzjoni internazzjonali. It-tiratur li rebaħ dawn il-kampjonati, Al Maktoum mill-Emirati Għarab Magħquda,  huwa l-istess wieħed li rebaħ il-midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi li saru f’Ateni.
Il-MinistruGalea meta kellem bit-telefon lis-Sur Salvu Portelli, qallu wkoll li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi talbu jwassal il-kongratulazzjonijiet  lil William Chetcuti għas-suċċess li kiseb u għall-unur li għamel lil Malta . Il-Ministru Louis Galea qal li dan hu suċċess ieħor f’katina ta’ suċċessi għal Chetcuti li issa ġie kkonfermat bħala wieħed mill-aqwa tiraturi tad-dinja.
WilliamChetcuti u l-kontinġent Malti mistennija jaslu lura Malta għada fis-6.00 p.m.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow