Left arrow Mur Lura

RAPPORT TA’ NOFS IS-SENA, TA’ L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA,  DWAR IL-FONDI PUBBLIĊI  2004

pr1097
Date Icon 21/07/2005
Skond Sezzjoni 108(5) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Ewwel Skeda ta’ l-Attta’ l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċu Nazzjonali tal-Verifika, il-Fondi Pubbliċi tal-Gvern ta’ Malta għandhom jiġu vverifikati.  Għandu jsir rapport dwarhom u ppreżentat lill-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Awditur Ġenerali.
Dan ir-Rapport, sa’ Ġunju 2005, dwar l-infieq tal-Gvern ta’ Maltafis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004, jinkludi fih dak kollu li nstab waqt eżercizzji ta’ verifika finanzjarja u ta’ osservanza. Jifli wkoll dawk l-organizzazzjonijiet non-governattivi.  Dan ir-Rapport se jiżdied ma’ dak Annwali ta’ l-Awditur Ġenerali li jiġi ppublikat lejn l-aħħar tas-sena.
Din hija l-ewwel darba li dan l-Uffiċċju qed jippubblika Rapport ta’Nofs is-Sena.  Ir-raġuni prinċipali wara din il-pubblikazzjoni hija li b’hekk jinġieb għall-attenzjoni pubblika mill-ewwel dak kollu li kien suġġett għal investigazzjoni jew studju dwaru mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.  Normalment minn meta jintemmu l-eżerċizzji ta’ verifika li jsiru fl-ewwel nofs tas-sena u ż-żmien meta jsir rapport dwarhom lill-Parlament huwa wieħed twil. Inħass għalhekk ideali li għal dan iż-żmien jiġi ppublikat Rapport ieħor, ta’ Nofs is-Sena.

Dawn li ġejjin huma l-punti prinċipali li ġew identifikati:  

  • Aktar minn ftehim wieħed partikulari dejjem bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u partijiet oħra, bħal service providers, qed jidħlu fis-seħħ wara l-bidu tax-xogħol jew lejn l-aħħar tal-proġett.  Iż-żewġ partijiet mhux dejjem qed jirrispettaw dak li jkun imniżżel fil-kuntratt.  Aktar minn hekk, kontijiet qed jiġu ċċertifikati u mgħoddija għal-ħlas mingħajr dettalji biż-żejjed li jissustanzjaw l-ammonti mħallsa. 
  • Xogħol ta’ verifika ta’ kontrolli interni dwar proġett kapitali li sar mid-Dipartiment ta’ Djar, Kostruzzjoni u Xogħlijiet  żvela  li

§   l-estimi preventivi tax-xogħol magħmula mid-dipartiment, qabel il-proċess ta’ ħruġ ta’ offerti għax-xogħol, varjaw ħafna mill-figuri attwali.  Paraguni mar-rati fil-kuntratt u dawk li oriġinarjament kienu stmati mid-Dipartiment ukoll urew tibdil sostanzjali.  

§   Ma sarux testijiet ta’ konformita’, man-normi applikabbli, ta’ dak il-materjal li jintuża għal-bini.  

§   Ma saret l-ebda talba mingħand il-kuntrattur għal awtorita’ formali qabel beda jsir xogħol addizzjonali u li ma kienx imniżżel fl-estimi preventivi ta’ xogħol oriġinali.  

  • Il-Ministeru għal Għawdex ma segwiex iċ-Ċirkulari MF 5/2002, f’dak li  għandu x’jaqsam ma’ ħruġ ta’ riċevuti fiskali minn tliet Dipartimenti fi ħdanu.  Dipartimenti u ċentri oħra li joffru servizzi lill-konsumatur addottaw proċeduri għalihom u b’hekk fixklu kull kontroll li seta’ kellu l-Ministeru. Diversi ċentri fi ħdan id-Dipartiment għas-Servizzi lill-konsumatur m’għaddewx l-informazzjoni kollha lid-Dipartiment tal-VAT.  Ġie nnutat ukoll in-nuqqas ta’ komunikazzjoni u koordimenti mad-Dipartiment tal-VAT.
  • Ma’ l-introduzzjoni ta’ l-Att nru. XII ta’ l-2004 rigward l-Eko kontribuzzjoni, li ġie fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2004, id-Dipartiment tal-VAT ma kellux l-istrutturi u kontrolli biex jizgura li s-sistema qed taħdem b’mod effiċjenti u effettiv.  Ma kienx hemm kontrolli fuq spezzjonijiet, proċeduri, reġistrazzjonijiet u dikjarazzjonijiet fuq stokk.  Ma kien hemm xejn lanqas li seta jiggwida lill-pubbliku f’dawk l-affarijiet li ma kienux spjegati ċari f’dan l-Att.  Informazzjoni li kien hemm fuq id-database tal-VAT ma’ kienitx qed tintuża mid-Dipartiment. 
  • Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma kienx lest biżżejjed għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea dan għaliex m’għolliex il-livelli ta’ infrastruttura u tħarriġ adekwat biex bihom ikun armat aħjar wara s-sħubija. Kien hemm problemi ta’ komunikazzjoni bejn istituzzjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea.  Instab ukoll nuqqas ta’ verifika dokumentata ta’ komputazzjonijiet ta’ pensjonijiet u applikazzjonijiet għall-pensjoni  ta’ l-Anzjani ta’ dawk l-individwi li ma kellhomx perjodu kopert ta’ assigurazzjoni f’Malta. Ladarba Malta kienet membru sħiħ ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ kellux isir ftehim bilaterali ma’ Stat Membru ieħor kif fil-fatt sar, waqt li d-Dipartiment naqas li jikkunsidra perjodi ta’ assigurazzjoni li nstabu li jikko-inċidu.
  • Tkomplija ta’ eżerċizzju ta’ verifika fl-ITS dwar is-sejbiet u rakkomandazzjonijiet imsemmija fir-Rapport għas-sena finanzjarja 2002 żvela li certu punti mqajjma qabel mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika baqgħu ma ġewx indirizzati mill-Istitut.
  • Nuqqas ta’ dokumenti ta’ stokk fejn jiġu mniżżla oġġetti maħruga mill-imħażen tal-Farm Sperimenti tal-Gvern, kif ukoll ma nstabux dokumenti ffirmati miż-żewġ partijiet meta d-Dipartiment kien ta jew ingħataw xi flus.
  • Waqt it-tkomplija ta’ eżerċizzju ta’ verifika fil-pompa tal-fuel fid-Dipartiment tal-Pulizija, meta kienu qed jiġu ċċekkjati fiżikament il-kwantitajiet attwali fit-tankijiet u mqabbla mal-figuri mniżżla fir-registri rispettivi, instabu diversi diskrepanzi. Osservazzjonijiet oħra urew biċ-ċar li kien hemm nuqqas ta’ infurzar ta’ proċeduri għall-kontroll aħjar fuq il-ħruġ ta’ fuel f’dan id-Dipartiment.
  • Hemm bżonn li jiġi mtejjeb il-kontroll fuq l-amministrazzjoni ta’ l-Iskema ta’ Support fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.  Instab li ħarġu pagamenti lil xi benefiċjarji b’dettalji differenti minn dawk li kienu jidhru fuq l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-Ministeru ma kellux garanzija bankarja valida f’dawk li għandhom x’jaqsmu pagamenti bil-quddiem għal għajnuna finanzjarja.
  • Numru ta’ eżerċizzji ta’ verifika saru wkoll f’xi Organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) u awtoritajiet oħra tal-Gvern fejn instabu wkoll xi nuqqasijiet:

§   Rapporti finanzjarji ta’ numru ta’ NGOs ma kinux saru skond in-Normi Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs).  Il-kontijiet ta’ dawn l-entitajiet għadhom isiru fuq is-sistema bażi tal-ħlas.   

§   Proprjeta’ tal-Fondazzjoni Gollcher la qatt ġiet valutata u lanqas imniżżla fir-rapporti finanzjarji.  

§   L-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi  m’għandhiex is-software adegwat biex tamministra d-dħul li jsir mil-liċenzji u b’hekk ma tistax tkun taf l-ammonti ta’ flus li għandha ddaħħal.  

§   Minħabba li r-Registru ta’ l-Assi Fissi ma kienx qed jinżamm kif suppost u aġġornat, instab nuqqas ta’ kontroll f’xi entitajiet fejn l-assi ma setgħux ikunu salvagwardjati.  

§   Nuqqas ta’ żamma mal-provvedimenti tal-Kodici ta’ Kontroll fis-Servizz Pubbliku f’dak li hu safar.  

§   Minn kampjun magħżul mill-uffiċjali ta’ l-NAO, instabu nuqqasijiet kbar fis-sistemi użati biex jinħadmu l-kontijiet u n-noti ta’ kreditu kif ukoll fir-reġistru fejn jitniżżel il-bejgħ.  B’hekk ma setgħetx tinżamm dokumentazzjoni ta’ verifika kompluta, kif ukoll inħoloq nuqqas kbir ta’ kontroll. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow