Ħaddiema tal-Gvern jibdlu żona mitluqa fi promenade ġewwa ix-Xgħajra
pr1092
20/07/2005
| Dik | li kienet meqjusa bħal żona abbandunata, mitluqa u perikoluża fix-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar inbidlet fi promenade ta’ nofs kilometru. Proġett li twettaq kollu kemm hu minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar dan il-proġett li ta dehra ġdida lil din iż-żona ta’ Malta. |
| “L-ewwel | fażi tax-xogħlijiet ikkonsistiet fit-tneħħija ta’ madwar 10,000 metru kubu ta’ materjal li kien inqata’ mis-sit tar-Red China Dock madwar tletin sena ilu u mormi fix-xatt tax-Xgħajra. Il-policy tal-Gvern illum hija ferm differenti minn dik ta’ dak iż-żmien, u għalhekk dan il-materjal issa ġie trasferit f’barrieri li ma baqgħux jintużaw, sabiex ġew żviluppati f’art agrikola,” tenna l-Ministru Zammit. |
| It-tneħħija ta’ dan il-materjal minbarra li tejjeb ferm il-veduta | tal-baħar mit-triq, wassal sabiex inbena parkeġġ li jesa’ numru sostanzjali ta’ vetturi. Ix-xogħol ikkonsista f’bini ta’ bankini b’total ta’ 1,500 metru kwadru ta’ pavimentar, kemm fuq in-naħa ta’ ġewwa kif ukoll fuq in-naħa tal-baħar. In-nofs kilometru ta’ promenade li nbena, kien msebbaħ permezz ta’ street furniture, street lighting u dustbins li lkoll inħadmu mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan l-istess Ministeru. Il-promenade kien ikkumplimentat bit-tħawwil ta’ pjanti u siġar u l-użu mill-ġdid ta’ blat kbir li nstab fl-irdim sabiex inħoloq rock garden. |
| Il-Ministru | Zammit semma wkoll il-bini ta’ switchroom ġdida għall-pompa tad-drenaġġ fil-parti magħrufa bħala l-benniena. Hawn inbena wkoll ħajt ta’ lqugħ permezz ta’ tqegħid ta’ blokki kbar tal-franka. Il-proġett ħaseb għall-bini ta’ ‘culvert’ f’din il-parti. Dan sabiex l-ammont kbir ta’ ilma tax-xita li jinġemgħa f’din il-benniena jsib żvog għal ġol-baħar. |
| Dan | il-proġett li sewa ‘l fuq minn Lm110,000, bħal bosta proġetti oħra li wettaq u qed iwettaq il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, nħadem kollu mill-ħaddiema tal-Gvern. “L-ikbar riżors ta’ dan il-Ministeru huma l-ħaddiema infushom u għalhekk fl-aħħar sentejn introduċejna prattiċi ġodda ta’ xogħol. Kull proġett għandu u qiegħed jitwettaq bil-kunċett ta’ in-house, safejn dan ikun possibli. In-numru kbir ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr li qed jitwettqu madwar Malta kollha, jixhdu l-impenn tal-Gvern sabiex ikompli jtejjeb dejjem iktar id-dehra ta’ pajjiżna għalina, għal barranin li jżuruna u għal ġenerazzjonijiet ta’ warajna.” temm il-Ministru Ninu Zammit. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946