Left arrow Go Back

Il-Festa tat-Tonn

pr1091
Date Icon 20/07/2005
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjentser jorganizza l-ewwel Festa tat-Tonn.  Din se ssir nhar is-Sibt, 23 ta’ Lulju 2005 mis-7.00 ta’ filgħaxija ’l quddiem, f’Xatt is-Sajjieda, f’Marsaxlokk.
Minbarra li toffri serata divertenti għall-familjakollha, din l-attivita’ hi maħsuba biex titfa’ dawl fuq ix-xogħol tas-sajjieda Maltin u b’mod speċjali għal waħda mill-ħut l-aktar importanti fis-suq lokali – It-tonn.  Minbarra spettaklu b’laqta tradizzjonali pprovdut minn banda u l-grupp Nafra li juża strumenti tradizzjonali, is-serata ser tinkludi wkoll tisjir ta’ riċetti li jinkludu t-tonn, esebizzjoni ta’ ritratti u inġenji marbuta mas-sengħa tas-sajd, żejt taż-żebbuġa prodott lokalment, xogħol tal-fuħħar b’disinji ta’ ħut u attrezzatura li tintuża għas-sajd.
Matul l-attivita’ se jkun hemm ukollbejgħ tat-tonn bi prezzijiet speċjali.
F’kummenti li ta bi tħejjija għall-dinl-attivita’, l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li din hija inizjattiva oħra li qed tiffoka fuq il-promozzjoni ta’ prodotti lokali, f’dan il-każ ħut maqbud mis-sajjieda Maltin.  Hu wera s-sodisfazzjon li din l-attivita’ qed issir b’kollaborazzjoni mal-Koperattivi u dan jikkonferma li l-għaqdiet li jirrapreżentaw lis-sajjieda wkoll qed jifhmu l-vantaġġi ta’ attivita’ bħal din.
Intant il-Ministeru qed jippjana li fil-ġejjienijorganizza festi oħra b’ħut ieħor, fosthom il-lampuki u l-pixxispad.
Din l-attivita’ qed issirbil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd, il-Fondazzjoni San Pietru u l-kumpanija Marsovin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow