Left arrow Mur Lura

MALTA TAPPOĠĠJA L-PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦAL RIFORMA FIS-SETTUR TAZ-ZOKKOR

pr1090
Date Icon 19/07/2005
Malta qed tappoġġja l-proposti mressqa mill-KummissjoniEwropea għal riforma fis-settur taz-zokkor fis-suq Ewropew.  L-appoġġ tal-Gvern Malti għall-proposti tal-Gvern Malti kien imtenni mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea.
F’intervent li għamel waqt din il-laqgħa, l-MinistruPullicino qal li Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti li għandhom l-għan li jnaqqsu d-differenza enormi li teżisti bħalissa bejn il-prezz taz-zokkor fis-suq Ewropew u l-prezz fis-swieq dinjija.  Il-Ministru Pullicino qal li Malta ma tipproduċix zokkor u hi favur soluzzjoni fit-tul u raġjonevoli għal din il-problema.  Hu qal li bil-proposti tal-Kummissjoni l-Gvern Malti se jiffranka flus li qed jintefqu bħalissa minħabba l-prezz għoli taz-zokkor fis-suq Ewropew.
L-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministrikienet tinkludi wkoll suġġetti oħra relatati ma’ servizzi veterinarji, biedja, u sajd.  Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali Mariann Fischer Boel għamlet preżentazzjoni f’isem il-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta’ linji gwida għall-Pjan ta’ Żvilupp Rurali għas-snin 2007 – 2013.
Intant, delegazzjoni Maltija mmexxija mill-MinistruPullicino kellha wkoll laqgħa bilaterali mal-Kummissarju Ewropew għas-Sajd u Affarijiet Marittimi Joe Borg dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-miżuri tekniċi tas-sajd fil-Mediterran kif ukoll għat-twaqqif tal-Fond Ewropew tas-Sajd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow