Left arrow Mur Lura

Hruġ ta’ stocks tal-Gvern

pr1086
Date Icon 19/07/2005

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern nhar il-Ħamis, 21 ta’ Lulju 2005. Dawn se jkunu mqassma kif ġej:  

  • Lm15m 5.0% MGS 2021 (I) – Fungibility issue, bi prezz ta’ Lm102 għal kull Lm100 Stock, li jġib rendiment sħiħ sal-fidwa ekwivalenti għal 4.82% u
  • Lm25m 5.7% MGS 2012 (III) – Fungibility issue, bi prezz ta’ mhux inqas minn Lm109.70 għal kull Lm100 Stock (Offerta minima ta’ Lm50,000)

Iż-Żewġ stocks huma suġġetti għad-dritt li jiżdiedu b’ghaxar miljuni (Lm10m) u hmistax-il miljun (Lm15m) rispettivament.  

Din il-ħarġa tagħlaq f’nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta 26 ta’ Lulju jew qabel, fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)  

Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Ditti Awtorizzati Biex Jipprovdu Servizzi ta’ Investiment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow