Il-KXT(ETC) tiffoka fuq Għawdex
pr1085
19/07/2005
| Il-Ministru | Giovanna Debono fissret li bil-politika tiegħu fl-aħħar ħmistax-il sena l-Gvern wettaq żvilupp soċjali u ekonomiku f’Għawdex bla preċedent. Il-Gvern ħadem biex kulħadd, inkluż l-Unjoni Ewropea, tirrikonoxxi l-pożizzjoni reġjonali speċjali t’Għawdex. Fil-qasam ta’ l-impjiegi l-Gvern irid li l-ekonomija Għawdxija tirbaħ l-isfidi ġodda li qed taffaċċja biex l-Għawdxin ikollhom kemm jista’ jkun xogħol f’Għawdex. |
| Dan | kien il-messaġġ ewlieni li għaddiet il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono meta ħadet sehem f’laqgħa organizzata mill-KXT (ETC) dwar is-sitwazzjoni ta’ l-impjiegi f’Għawdex. Fil-laqgħa ħa sehem ukoll il-Ministru Louis Galea li huwa wkoll responabbli mill-qasam tax-xogħol. |
| Waqt | preżentazzjoni ppreparata mill-KXT jirriżulta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2004 kien hemm 3,000 employers f’Għawdex. 97.1% minn dawn iħaddmu anqas minn 10 persuni u għalhekk huma kkunsidrati bħala ‘micro-employers’ mill-Unjoni Ewropea. 46% mill-employers joperaw fis-settur tal-produzzjoni diretta (direct production), fil-waqt li 54% jagħtu servizz lis-suq tax-xogħol (market services). Bejn l-1999 u l-2004, f’Għawdex kienu reġistrati 128 employers ġodda. Il-maġġoranza ta’ dawn l-employers iħaddmu anqas minn 5 ħaddiema u kienu maqsumin ugwalment bejn iż-żewġ setturi tal-produżzjoni diretta u tas-servizz. |
| In-numru | ta’ persuni li jaħdmu f’Għawdex (Labour Supply Components) kien ta’ 9,757 persuna (8,100 li jaħdmu full-time [72.5% minnhom irġiel] u 1,657 li jaħdmu part-time [59.8% minnhom nisa] u li dan ix-xogħol huwa x-xogħol prinċipali tagħhom. |
| Waqt | il-laqgħa ġie emfasizzat li l-gżira t’Għawdex trid tiġi trattata bħala reġjun speċjali meta wieħed jitkellem fuq xogħol. Pass posittiv il-quddiem hu l-inklużjoni ta’ rappreżentant minn Għawdex fil-Bord tal-Malta Enterprise . Il-gvern qed jaħdem biex jattira aktar employers lejn Għawdex li joffru xogħol addattat għal gżira t’Għawdex, waqt li fl-istess ħin jingħata taħriġ kif xieraq. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946