SERVIZZ TA’ TOBBA MILL-BEREĠ
pr1081
16/07/2005
| Il-Ministeru tas-Saħħa jixtieq itenni li l-problema tan-nuqqas ta’tobba | fid-Diviżjoni tas-Saħħa m’hix xi ħaġa ġdida. Din ilha magħna għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Dan in-nuqqas kien il-fattur prinċipali għaliex xi snin ilu numru ta’ Ċentri tas-Saħħa kellhom inaqqsu s-siegħat ta’ x’ħin jingħataw is-servizzi. |
| In-nuqqas ta’ tobba mhux kaġunat min-numru ta’ tobba li qed iħallu s-servizz | pubbliku biex imorru jaħdmu barra minn Malta. Il-fatt li numru ta’ tobba talbu għal certificate of compliance u certificate of good standing, bl-ebda mod ma jfisser li dawn huma intenzjonati li jħallu s-servizz. Fil-fatt in-numru ta’ tobba li telqu mis-servizz f’din l-aħħar sena kien l-iżgħar f’dawn l-aħħar tliet snin. Huwa fatt magħruf li hawn numru sostanzjali ta’ tobba li ilhom żmien b’dawn iċ-ċertifikati f’idejhom u baqgħu jaħdmu Malta . |
| Illum nafu li l-bereġ jintużaw l-iktar | biex it-tobba jiktbu riċetti tal-mediċini, ċertifikati tal-mard, ċertifikati għal-liċenzja tas-sewqan u insurance. Minħabba li d-domanda għal dawn is-servizzi qegħda kull ma tmur tiżdied inħass il-bżonn li tinstab sistema li filwaqt li tnaqqas il-pressjoni minn fuq it-tobba fl-istess ħin tassigura li l-pubbliku jinqeda’ aħjar. |
| It-tħaddim tas-sistema li ġiet | miftiehma mal-MAM ser tibda tiġi ntrodotta ftit ftit biex tagħti ċans lid-Dipartiment tal-Kura Primarja jevalwa l-impatt tas-sistema l-ġdida. |
| Id-Diviżjoni titlob il-koperazzjoni | tal-pubbliku biex din is-sistema tirnexxi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946