STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
pr1080
16/07/2005
| Illum is-Sibt għal | ħabta tat-8.00a.m. is-Supretendent ta’ l-iSptar San Luqa ġie infurmat li l-impjegati ta’ l-isptar kienu lemħu ġurdien ta’ l-imramma ġo wieħed mill-uffiċini. Bħala prekawzjoni l-pubbliku li kien qiegħed jistenna nħareġ mill-waiting area. Mill-ewwel ittieħdet azzjoni u kollox reġa ġie għan-normal fi żmien qasir. |
| Minkejja li l-isptar regolarment jieħu dawk il-miżuri kollha possibbli | biex jikkontrolla il-preżenza ta’ annimali simili u insetti ħadd u xejn ma jista’ jiggarantixxi li kwalunkwe post ikun mija fil-mija liberu minn dawn l-ispeċi. |
| Appena ġie rappurtat dan l-inkonvenjent l-awtoritajiet ta’ l-isptar ħadu | passi mmedjati u ntalab l-intervent tal-kuntrattur privat li huwa marbut li jikkontrolla nkonvenjenzi simili ġewwa l-isptar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946