Left arrow Mur Lura

Il-konsumatur qed iżid id-domanda għal-laħam tal-majjal frisk lokali

pr1075
Date Icon 15/07/2005
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent permezztas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd jicħad bl-aktar mod kategoriku l-allegazzjoni li saret f'sezzjoni tal-media fejn ġie allegat li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-produzzjoni tal-majjal naqset b'41%.
Il-medjafil-qatla tal-majjal bejn Mejju 2003 u April 2004 (perjodu ta' sena) qabel id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienet ta' 2190 majjal fil-ġimgħa.  Fis-sena Mejju 2004 sa April 2005, wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-medja tal-qatla tal-majjal kienet 1946 majjal fil-ġimgħa.  Dan jindika differenza ta' 11% u mhux ta' 41% kif ġie allegat. L-istatistika mehmuża ma' din l-istqarrija turi kif, minkejja li kien hemm importazzjoni ta' majjal minn barra, xorta turi li l-konsumatur Malti baqa' jixtri l-prodott frisk lokali.
Hija ħasra u ta' ħsara li jkun hemm min jipprova jieħuvantaġġ minn dan it-tnaqqis insinifikanti.  Minn dan wieħed jista' jara kemm kienet u għada għaqlija l-politika tal-Gvern li jgħin lil dan is-settur permezz ta' sussidji biex ikompli jsir ir-ristrutturar meħtieġ u jissaħħaħ dan is-setur.  L-għajnuna mogħtija hija biżżejjed u qed tagħmel tajjeb għal dan iż-żmien ta' bidla.  Il-Gvern, flimkien mal-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM), qed jaħdem biex jinfetħu swieq ġodda u jibda jiġi esportat majjal lejn l-Italja.  Dan ikompli jikkonferma kemm il-prodott lokali huwa ta' kwalita` tajba u li l-konsumatur Ewropew qed juri ukoll fiduċja fil-kwalita` tal-prodott Malti.  Dan juri kif dak li kien jintqal qabel l-elezzjoni issa qed iseħħ fil-prattika.
Fil-laqgħa ġenerali tal-KIM, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedjau s-Sajd, Dr Francis Agius, qal li matul dawn l-aħħar 18-il xahar il-produtturi tal-majjal ħadu 'il fuq minn Lm 2.3 miljun f'għajnuna finanzjarja.  Dr Agius qal ukoll li l-Gvern ta għajnuna finanzjarja ta’ miljun lira biex il-prezz tal-ġwiez jibqa' stabbli u b'hekk il-produttur ikun iktar kompetitiv fis-swieq Ewropej.  Iktar minn hekk is-Segretarju Parlamentari qal li awtoritajiet qed jieħdu passi legali kontra produtturi illegali tal-majjal li jagħmlu biss ħsara lil din l-industrija.
Dr Agius saħaq ukoll biex ikun hemm ħidma ikbar ħallinkomplu ntejbu il-kwalita` tal-majjal frisk lokali.  Il-fatt li l-qatla tal-majjal reġgħet telgħet ghal-livelli sodisfaċenti għandu jimla b'kuraġġ lill-produtturi li qed jaraw li l-konsumatur qiegħed kull ma jmur juri fiduċja fil-kwalita` u t-tjubija tal-laħam tal-majjal frisk lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow