Imnedija Politika Favur l-Ambjent għall-entitajiet fil-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni
pr1071
15/07/2005
| Il-Ministru għall-Investiment, | Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informatika, l-Onor. Austin Gatt nieda l-politikafavur l-ambjent għat-28 korporazzjoni w entita’ li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu. |
| Il-Ministru | Austin Gatt tkellem dwar l-erba’ miri speċifiċi ta’ din il-Politika. |
· L-ewwel hi li jinħoloq għarfien tal-problema ta’ l-ambjent, problema li hi partikolari għal kull entita’;
· it-tieni mira hi li kull entita’ toħloq politika ta’ soluzzjonijiet għal din il-problema ambjentali;
· it-tielet hi li tinħoloq kultura ta’ kunsiderazzjoni ambjentali; u
· r-raba’ li t-targets ambjentali jkunu fost il-key performance indicators u l-management ikun accountable biex jintlaħqu r-riżultati.
| Din | il-bidla fil-kultura u fil-ħidma ta’ l-entitajiet, qal il-Ministru Austin Gatt, hija waħda li sseħħ fuq medda ta’ żmien. |
| Il-Ministru | Austin Gatt tkellem ukoll dwar il-fatt li f’kull entita’ ser jinħatar Green Leader, li xogħlu se jkun li jikkordina l-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida. |
| Il-Korporazzjoni | Enemalta ser tipprovdi wkoll inġinjier – biex iservi ta’ Corporate Energy Advisor. Xogħlu se jkun li jdur l-entitajiet kollha fid-dekasteru tal-Ministeru u jagħmel audit ta’ kif qed tintuża l-enerġija llum u x’għandu jsir biex tonqos il-ħela. |
| It-tnaqqis | fil-konsum ta’ l-elettriku hija mira oħra li tkellem dwarha l-Ministru. Huwa semma’ kif l-Enemalta naqqset sew il-kubrit miż-żjut li naħarqu fil-power stations, minkejja li t-tnaqqis tal-kubrit fisser żejt bi prezz ogħla u aktar ma pajjiżi jixtru żejt imsaffi, aktar tikber id-differenza fil-prezz bejn żejt imsaffi u żejt b’aktar kubrit. L-Enemalta se tinstalla burners ġodda fil-power station tal-Marsa bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej biex jitnaqssu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit u l-ossidu tan-nitroġenu. |
| Illum | l-entitajiet fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza ta’ l-ishma jonfqu Lm900,000 fis-sena f’konsum ta’ l-elettriku. Il-Ministru stabilixxa l-mira li l-entitajiet fil-Ministeru fl-2010 jużaw 10% anqas enerġija elettrika milli jużaw illum u li mill-anqas 8% ta’ l-enerġija li jikkonsmaw (wara l-10%), jiġu minn inizjattivi ta’ sorsi alternattivi ta’ l-enerġija. |
| Il-Ministru | semma’ wkoll li s-736 fabbrika li għandna llum f’Malta għandhom bejniethom 1.3 miljun metru kwadru ta’ bjut li ħafna minnhom m’hux qed jintużaw. Il-potenzjal ta’ l-enerġija mix-xemx hu enormi. |
| Miri | simili ġew stabbiliti għall-użu ta’ l-ilma li l-Ministeru qed jimmira li jitnaqqas l-konsum tiegħu (eskluż ilma tax-xita li jiġbru l-entitajiet stess) b’10% wkoll. |
| Il-Ministru | Austin Gatt tkellem ukoll dwar it-trasport. Fil-Ministeru hemm b’kollox 10,023 impjegat. Ħafna minnhom jivjaġġaw minn u lejn ix-xogħol bil-karozzi privati tagħhom u inizjattivi biex dawn jużaw trasport fi grupp, jagħmlu differenza netta għall-arja li nieħdu n-nifs minnha. |
| Inizzjattivi | fi trasport jinkludu wkoll is-soft starters li ddaħħlu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel minħabba imperattiv finanzjarju u f’7 xhur ġew iffrankati f’vapur wieħed (Malita) Lm45,000. Inqeda wkoll l-imperattiv ambjentali: kull xahar il-Malita qed juża 20% anqas fuel. |
| L-investiment | fi flotta ġdida t’ajruplani ta’ l-Air Malta ukoll kabbar bil-bosta l-effiċjenza fl-użu tal-fuel (u allura taffa ħafna l-impatt ambjentali ta’ dawn it-titjiriet). Bejn April 2004 u Marzu 2005 ntużaw 8% anqas fuel milli ntużaw bejn April 2002 u Marzu 2003 (bil-flotta l-antika). Minħabba kemm ogħla l-fuel f’dan iż-żmien, xorta ntefqu 50% aktar fi fuel. |
| Il-Ministru | semma’ l-linji gwida dwar it-tnaqqis ta’ l-użu tal-karta u materjali oħra u l-introduzzjoni ta’ proċeduri għar-riċiklaġġ. |
| Fil-konkluzjoni, | il-Ministru Austin Gatt qal li se jiġu mplimentati audits biex jassiguraw li l-entitajiet qed isegwu livelli għolja ambjentali u jaġġustaw kull fejn hemm bżonn. |
| Fl-aħħar | tal-konferenza stampa l-Ministeru ngħaqad maċ-Chairmen li kienu preżenti sabiex josservaw iż-żewġ minuti silenzju b’rispett lejn it-traġedja li ġrat f’Londra. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946