Left arrow Mur Lura

It-Taqsima tax-Xogħlijiet twettaq ħidma varja għal bosta entitajiet sportivi

pr1069
Date Icon 15/07/2005
Fl-aħħarxhur, ħaddiema mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura wettqu ħidma għal bosta entitajiet sportivi madwar Malta kollha. Ħidma li kkonsistiet kemm f’tindif, kemm f’tisbiħ u kemm kostruzzjoni ta’ mpjanti sportivi. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħlijiet li qed jitwettqu flimkiem mal-Floriana Football Club fix-Xagħra tal-Furjana.
Hawnhekkil-ħaddiema tal-Gvern wettqu xogħol infrastrutturali sabiex illum il-club tal-Furjana jista’ jgawdi minn pitches artifiċjali bħal bosta clubs oħra f’Malta. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura filwaqt li faħħar l-inizjattiva tal-Floriana FC, ħeġġeġ aktar entitajiet sportivi sabiex isegwu dan l-eżempju u jinvestu dejjem iktar f’impjanti sportivi ta’ livell għoli sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ jitbegħdu mill-vizzji.
Il-MinistruZammit qal li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fl-aħħar sentejn wettaq xogħol għal clubs tal-football ta’ San Ġwann, Attard, Mtarfa, Siġġiewi, Żurrieq, Mqabba, Għargħur, Melita, St.Lucia, Lija, Marsaxlokk, Xgħajra, Pembroke, Kirkop, Qormi, Birżebbuġia, Senglea u Valletta. Minbarra dawn ix-xogħlijiet, matul is-Sajf tal-2004, twettqet ħidma kbira sabiex ittaffiet ħafna l-problemi tal-għargħar li l-għaqdiet li jipprattikaw l-isports fil-Marsa Sports Club sofrew minnhom għal snin twal.
Finalmentil-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura rringrazzja lil ħaddiema għat-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet kollha, li llum qed jitgawdew minn bosta tfal u żgħażagħ li jipprattikaw l-isports f’dawn l-impjanti sportivi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow