JITNIEDA L-PROĠETT “ANZJANI U TFAL GĦAL XULXIN”
pr1067
15/07/2005
| L-Onor | Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ndirizzat press conference fejn ġie mniedi l-proġett Anzjani u tfal għal xulxin. |
| Dan | il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni bejn San Vincenz De Paul, 3 Ċentri ta’ Skolasajf: iż-Żurrieq, B’Kara u Tarxien/Sta Lucia u 3 Kunsilli Lokali ta’ B’Kara, Tarxien/Sta Lucia, u ż-Żurrieq. Dan il-proġett għandu jwassal għal wieħed akbar, Adopt a Ward li ser jibda matul is-sena skolastika li jmiss. |
| L-għan | ta’ dan il-programm huwa li jqarreb l-itfal u l-anzjani dejjem aktar lejn xulxin. Dan il-proġett għandu jagħmilha wkoll aktar possibbli li tfal u anzjani joħolqu relazzjoni bejniethom u li jinħoloq djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet differenti kif ukoll fil-komunita’ li ngħixu fiha. Hija qalet li l-anzjani u t-tfal m’għadhomx iqattgħu daqshekk ħin flimkien, u għalhekk din ir-rabta bejn il-ġenerazzjonijiet qiegħda dejjem tonqos. “Ħafna drabi t-tfal ma’ jifhmux biżżejjed il-bżonnijiet u l-kapacitjiet ta’ l-anzjani, u minn naħa tagħhom l-anzjani ħafna drabi jinsew il-benefiċċji li jistgħu jircievu mingħand it-tfal. It-tfal għandhom dik l-enerġija u l-pożittivita’ li tista’ tkun ferm ta’ benefiċċju għal dawn l-anzjani” qalet is-Sinjura D’Amato. Din hi r-raġuni għaliex ħassejna l-ħtieġa għal proġett bħal dan. |
| Tfal | minn tliet ċentri ta’ Skolasajf ser imorru San Vincenz tliet darbiet fil-gimgħa. Waqt dawn iż-żjarat ser jittellgħu numru ta’ attivitajiet li jinkludu diskussjonijiet dwar l-esperjenzi li għaddew minnhom l-anzjani (bħal żmien il-gwerra, drawwiet tal-passat, kif ukoll logħob u snajja’ li ftit għadna nisimgħu dwarhom). L-anzjani ser jgħallmu wkoll xogħol ta’ l-idejn lil dawn it-tfal. Il-Kunsilli Lokali ser ikopru l-ispejjeż tat-trasport. |
| Peress | li din is-sena hija il-European Year of Citizenship through Education, it-tema li ġiet magħzula għal Skolasajf hija It-Tfal Ċittadini b’Impenn. Is-Sinjura Helen D’Amato qalet li waħda mill-aspetti ta’ Citizenship Education hija l-involviment fil-komunita’, jiġifieri kemm l-għarfien kif ukoll l-involviment dirett fil-bżonnijiet tal-komunita’. “B’hekk it-tfal itejbu r-responsabbiltajiet ċiviċi tagħhom kif ukoll il-caring attitudes. It-tfal ser ikunu jistgħu jisimgħu fuq l-istorja minn nies li għexuha, kif ukoll jibnu relazzjoni ma’ dawn l-anzjani, ħaġa li m’għadiex daqshekk komuni fis-soċjeta’ tal-lum. Minn naħa tagħhom l-anzjani jkollhom udjenza żagħżugħa ma’ min jaqsmu l-memorji u l-esperjenzi tagħhom, u jkollhom l-opportunita’ li jaraw lil dawn it-tfal bħala individwi li jagħtu każ u juru interess fl-anzjani.” |
| Numru | ta’ professjonisti minn San Vinċenz ser iżuru Ċentri ta’ Skolasajf fejn ser ikellmu lill-istudenti dwar l-anzjani u l-anzjanita’, kif titmexxa dar għall-anzjani u suġġetti oħra relatati mas-saħħa. |
| Fl-ewwel | ta’ Settembru ser tittella’ wirja ġewwa San Vincenz, fejn it-tfal u l-anzjani ser jesebixxu xogħol li jkunu għamlu fis-seba’ żjarat tagħhom ġewwa r-residenza. |
| Preżenti | għal din il-press conference kien hemm ukoll is-Supretendent Mediku ta’ San Vincenz, Dr Ronald Fiorentino, is-Sur Lawrence Bonavia, Deputy Nursing Officer, is-Sinjorina Josephine Vassallo, Education Officer, is-Sur Salvu Saliba Ko-ordinatur ta’ Skola Sajf, is-Sindki ta’ B’Kara, Ħal Tarxien u Sta Lucia, kif ukoll il-ko-ordinaturi tat-tliet ċentri u numru ta’ tfal li jattendu dawn iċ-ċentri. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946