Left arrow Mur Lura

DONAZZJONIJIET F’ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr1062
Date Icon 14/07/2005
Il-President ta’Malta , l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami illum ippreżentaw donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, f’isem il-Malta Community Chest Fund. Id-donazzjonijiet, li jikkonsistu f’għajnuna finanzjarja, sodod, lifts u apparat speċjalizzat fost l-oħrajn, jammontaw għas-somma ta’ Lm13,530.
L-għoxrinassocjazzjoni u istituti  li bbenifikaw mid-donazzjonijiet huma: l-Adult Training Centre for people with special needs, CAM Coeliac Association Malta, Fatima House, Franciscan Sisters, Friends of the Sick and the Elderly in Gozo, Ġebel San Martin, Għaqda Żgħażagħ b’Diżabilita’, Holy Family, Kummissjoni Emigranti u Refuġjati, Kummissjoni Ħidma għall-morda u persuni b’diżabilita’, Little Sisters of the Poor, Malta Society of the Blind, Malta Resource Centre, Maltese Society for the Transportation of the Sick to Lourdes, Mission Fund, Oratorju Don Bosco, Osanna Pia, Piccola Casa di San Giuseppe, RichmondFoundation u T.A.M.A.
Ta’min isemmi illi fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju 2005, il-Malta Community Chest Fund qassmet is-somma ta’ Lm247,000.
Il-PresidentFenech Adami qal li għal ħafna snin, il-Malta Community Chest Fund setgħet tagħti l-għajnuna lil dawk fil-bżonn grazzi għad-dedikazzjoni tax-xogħol volontarju kif ukoll għall-kontribut finanzjarju tal-pubbliku Malti. Il-President ta’ Malta   qal li “din tal-lum hija okkażjoni li turi l-valur tas-solidarjeta’ li għandna fil-komunita’, karatteristika tal-poplu Malti.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow