Left arrow Go Back

Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll fuq Channel 22

pr1060
Date Icon 14/07/2005
Nharis-Sibt li għadda l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni nieda r-riforma fl-edukazzjoni li permezz tagħha l-iskejjel tal-Gvern se jintisġu f’Kulleġġi li jaħdmu flimkien biex it-tfal kollha jirnexxu u jimxu minn livell għall-ieħor mingħajr skossi.
Biexil-pubbliku jkollu aktar informazzjoni u idea aktar ċara dwar il-bidliet li se jseħħu,il-Ministeru se jxandar il-konferenza stampa flimkien ma’ preżentazzjoni awdjoviżiva fuq l-istazzjon edukattiv Channel 22.
Il-programmse jixxandar:
nharit-Tnejn 18 ta’ Lulju 2005 fit-08:30 ta’ filgħodu; nhar l-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2005 fil-11:30 ta’ filgħodu; u nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2005 fl-16:00 ta’ wara nofsinhar.

Il-Ministeru jfakkar li kull min irid jaqra d-dokument jista jaċċessjaħ minn fuq il-website tal-Ministeru www.education.gov.mt u kopji tad-dokument se jkunu jistgħu jinġabru mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, il-Furjana mill-ġimgħa d-dieħla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow