STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-KOMPETITTIVITA’ U L-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-REGISTRU TAL-VAPURI
B’referenza ghall-artiklu f’ġurnal lokali tal-lum, dwar ir-registru tal-vapuri, il-Ministeru tal-Kompetitivita’ u l-Komunikazzjoni jixtieq jippreciza u jikkorregi kif gej:
- Mhux veru li d-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea tirreferi ghal vapuri li huma rregistrati biss fl-UE. Din id-direttiva tapplika ghall-vapuri kollha li jniggsu ibhra Ewropej, ikunu ta’ liema bandiera jkunu. Fil-fatt, vapuri li jbahhru fl-Ewropa taht bnadar bhal tal-Liberja jew tal-Panama (kif imsemmija fl-artiklu) jintlaqtu minn din id-direttiva daqs dawk taht bnadar bhal ta’ Malta , Cipru, il-Grecja jew kwalunkwe pajjiz iehor membru ta’ l-UE. Ghaldaqstant, din id-direttiva ma taghti lok ghall-ebda incentiv biex vapur jitlaq il-bandiera Maltija u jirregistra ma’ bandiera mhux Ewropea. Ghaldaqstant m’hemm l-ebda gustifikazzjoni biex wiehed jasal ghall-konkuzjoni, kif wasal il-gurnal imsemmi, li r-registru Malti tal-vapuri jista jżarma.
- Ghall-fini ta’ precizazzjoni, ta’ min jiccara li Malta opponiet din id-direttiva mhux ghax kien hemm xi interessi Maltin li setghu jigu ppregudikati, izda minhabba li Malta sostniet li din id-direttiva hija f’konflitt ma’ konvenzjoni internazzjonali dwar it-tniggis marittimu ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Dwar l-opinjoni li l-Gvern Malti kellu jkompli jinsisti biex din id-Direttiva ma tidholx fis-sehh, ta’ min jenfasizza li fi hdan il-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport, fejn giet approvata tali direttiva, id-decizjonijiet jittiehdu a bazi ta’ maggoranza kkwalifikata u ghalkemm Malta , flimkien mal-Grecja, ivvutat kontra d-direttiva, kienet f’minoranza u ma setghet taghmel xejn iktar biex twaqqaf dan il-process.
- Rigward ir-referenza fl-artiklu, ghall-veto li Malta uzat waqt il-laqgha tal-Ministri tal-Gustizzja u l-Intern, ta’ min wiehed jippreciza li din il-laqgha ma kienetx tikkoncerna d-direttiva dwar it-tniggis mill-vapuri, izda dwar decizjoni ta’ qafas kriminali relatata. Ta’ min wiehed izid ukoll li l-proposta msemmija fl-artiklu, li ghaliha opponiet Malta , u li fil-fatt ma gietx adottata, kienet fil-kuntest ta’ din id-decizjoni. Din kienet tissuggerixxi li l-pieni ta’ habs ikunu applikabbli biss ghal offizi minn vapuri registrati f’pajjizi Ewropej. Dan kien l-uniku punt li, kieku gie adottat, seta ddiskrimina kontra bnadar Ewropej, inkluza dik Maltija. Mill-bqija, il-provvedimenti, kemm tad-direttiva kif ukoll tad-decizjoni ta’ qafas kriminali, ma jiddistingwux bejn vapuri ta’ bnadar Ewropej u ohrajn mhux Ewropej. Dan juri bic-car kemm mhux minnu li Malta setghet għamlet xi haga favur l-bandiera Marittima Maltija u m’għamlitiex.
- Huwa zbaljat ukoll l-argument imsemmi, li l-assigurazzjonijiet relatati ma’ vapuri li jbahhru f’ibhra Ewropej ser joghlew. Dan minhabba l-fatt li d-direttiva tistabbilixxi li penali ghal offizi ta’ tniggiz ma jistghux jigu assigurati.
| Ta’ min wiehed isemmi wkoll li, ghall-kuntrarju | ta’ l-impressjoni li nghatat mill-gurnal, ir-registru Malti mhux fi process li jizzarma. Minkejja li fl-ahhar snin ir-registru ra tnaqqis fit-tunellagg tieghu – u dan kawza ta’ iktar kontrolli fuq il-kwalita’ - ir-rata ta’ tnaqqis qeghda dejjem tonqos, li jfisser li r-registru qed jilhaq livell stabbli, u hu mistenni li jerga’ jigi registrat tkabbir fit-tunellagg. Ta’ min izid ukoll li r-registru Malti ghadu t-tieni l-ikbar fl-Ewropa u baqa’ stabbilit bhala wiehed mill-ikbar ghaxar registri fid-dinja. Din mhix indikazzjoni li r-registru qed jizzarma! |
| It-test ta’ din id-direttiva huwa facilment | accessibbli fuq il-mezzi ta’ nformazzjoni elettronici tal-Komunita’ Ewropeja, fl-indirizz: europa.eu.int. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946