MALTA TIEĦU SEHEM FIR-ROYAL SHOW FIR-RENJU UNIT
pr1056
13/07/2005
| Malta | pparteċipat għall-ewwel darba fir-Royal Show fir-Renju Unit f’dan l-avveniment annwali bi stand li kien ko-ordinat mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. |
| Is-sehem | ta’ Malta laħaq il-qofol tiegħu b’serata tipika Maltija fejn matulha sar tisjir ta’ ikel Malti mill-kok Joe Julian Pace li ttella’ apposta u b’daqq ta’ mużika folkloristika. Fuq l-istand Malti ntwerew ukoll produzzjonijiet li jippromwovu l-pajjiż u s-settur agrikolu. L-attivita’ kienet suċċess kbir u n-numru ta’ viżitaturi kien wieħed sodisfaċenti ħafna. Matul l-attivita’ saru diversi kuntatti li jistgħu jwasslu biex prodotti lokali jsibu swieq ġodda u jkompli jissaħħaħ dak li diġa jeżisti fir-Renju Unit. |
| Minbarra | z-zjara tal-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali Mariann Fischer Boel fuq l-istand tal-Kummissjoni Ewropea li kien jinkludi wkoll l-istand Malti, saru wkoll żjarat mill-Ministru ghall-Agrikoltura Ingliz. Il-Kummissarju Fischer Boel intlaqgħet mis-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Agrikoltura u is-Sajd Dr. Francis Agius u hi kellha wkoll okkażjoni dduq prodotti Maltin u kellha kliem ta’ tifħir għal ikel Malti. |
| Kelliem | għall-Kummissjoni Ewropea, Frank Leguen De Lacroix mid-Direttorat ta’ l-Agrikoltura fi Brussel, feraħ lil Malta għas-sehem taghħa f’dan l-avveniment tant importanti u wera l-apprezzament li l-istand Malti laħaq l-għan tiegħu li jservi ta’ vetrina għall-prodotti Maltin. Ta’ min jgħid li għal darb’oħra, t-tema li ntużat torbot mal-kampanja nazzjonali li għaddejja bħalissa ‘Agħżel il-Frisk - Agħżel Lokali’ li għandha l-għan li tinforma u tippromwovi t-tjubija tal-prodott frisk lokali. |
| Is-sehem | ta’ Malta sar bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Ambaxxata Maltija f’Londra. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946