Iktar proġetti ta’ tisbiħ mill-ħaddiema tal-Gvern
pr1055
13/07/2005
| Ir-ristrutturar | imwettaq fl-aħħar sentejn fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsu u l-Infrastruttura qed iwassal għat-twettiq ta’ bosta proġetti ta’ tisbiħ u restawr madwar Malta kollha. Proġetti li sa fejn huwa possibli qegħdin jitwettqu kollha minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. “Qed jidħol sew il-kunċett li proġett jitwettaq kollu in-house sa fejn dan ikun possibli” qal il-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħol ta’ tisbiħ li qed jitwettaq fuq il-promenade tax-Xemxija. |
| Il-Ministru | għar-Riżorsi u l-Infrastruttura spezzjona ix-xogħol ta’ din il-fażi tal-proġett li jikkonsisti f’bini mill-ġdid tal-promenade kemm in-naħa tal-baħar kif ukoll in-naħa ta’ ġewwa tat-triq. Diġa ntemm ix-xogħol fuq in-naħa ta’ ġewwa tat-triq filwaqt li jinsab għaddej xogħol fuq in-naħa tal-baħar. Ix-xogħlijiet jinkludu l-kostruzzjoni ta’ bankini ġodda bil-pavimentar, railings tal-ħadid u pipe culverts bil-catchments għal immaniġjar ta’ l-ilma tax-xita. Se jsir ukoll allinjament ġdid tat-triq li jippermetti ipparkeġġjar ta’ vetturi fuq iż-żewg naħat tat-triq. Dan għandu jwassal għal aktar spazji għal ipparkjar tal-vetturi u aktar sikurezza għal pubbliku li jiffrekwenta l-inħawi. Ix-xogħlijiet fix-xhur li ġejjin jinkludu bini mill-ġdid tal-promenade mill-bajja sal-knisja tax-Xemxija. |
| Filwaqt | li fakkar li l-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura għaddej bl-aħħar xogħlijiet fuq bini ta’ promenade ġewwa ix-Xgħajra, fil-futur qarib se jinbeda xogħol ta’ bini ta’ promenade minn Wied Babu sa Ħaġar Qim. L-istess kunċett ta’ xogħlijiet in-house qed jitnieda fil-proġett ta’ tisbiħ tal-Ġnien ta’ Hastings. |
| Dawn | ix-xogħlijiet qed jitwettqu kollha minn ħaddiema tal-Gvern. L-istreet furniture, l-arbli tad-dawl u r-railings huma wkoll xogħol tal-ħaddiema tal-Gvern. Dan juri l-impenn tal-Ministeru li jagħmel l-aħjar użu mill-ikbar riżors li għandu l-Ministeru, ir-riżors uman. Din il-fażi tal-proġett li qeda issir b’joint venture mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, se tiswa madwar Lm76,000. |
| Finalment | il-Ministru Zammit qal li l-proġett ta’ pavimentar ta’ l-Imdina kollha qed joqrob lejn l-aħħar tiegħu. Is-sejba ta’ fdalijiet arkeoloġiċi fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral wassal għal dewmien sakemm saru l-istudji neċessarji, li ħadu madwar tmien ġimgħat. Issa li dawn l-istudji tlestew, qed isir sforz kollettiv sabiex dan il-proġett uniku f’pajjiżna jasal fi tmiemu. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946