Ngħollu l-prodott turistiku ta’ pajjiżna
pr1052
12/07/2005
| Meta | kien qed jinawgura uffiċjalment ix-xogħol ta’ tisbiħ fil-bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li fl-Awtorita’ għat-Turiżmu hemm taqsima li hija nkarigata mill-ippjanar tal-prodott u l-iżvilupp. Din it-taqsima tieħu ħsieb torganizza festivals bħal Mediterranean Food Festival; il-Malta Fireworks Festival; u l-Malta Historic Cities Festival. Din it-taqsima ssostni wkoll entitajiet oħra li jorganizzaw attivitajiet simili. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li t-taqsima dwar l-ippjanar tal-prodott u l-iżvilupp tniedi mixjiet fil-kampanja, proġetti ta’ landscaping b’kollaborazzjoni ma’ Kunsilli Lokali u għaqdiet volontarji, proġetti ta’ upgrading ta’ zoni turistiċi, sostenn biex jinżammu ndaf zoni turistiċi; titjib għal siti fejn isir l-għadds u inizjattivi għall-immaniġġjar ta’ marine parks u conservation areas. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li din it-taqsima sentejn ilu daħlet għall-proġett tat-tisbiħ tal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan. Hu qal li xogħol preparatorju beda f’Ottubru tas-sena l-oħra meta l-Gvern alloka l-fondi meħtieġa. Minħabba l-kobor tal-proġett kien deċiż li dan jinqasam f’żewġ fażijiet, bl-ewwel fażi titlesta qabel l-aħħar ta’ Mejju 2004. L-ewwel fażi inkludiet il-produzzjoni, transport u tqegħid tar-ramel kif ukoll il-bini ta’ storm water culvert fuq in-naħa tan-nofsinhar tal-bajja. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li it-tieni fażi kienet tinkludi l-bini ta’ storm water system fuq in-naħa tat-tramuntana tal-bajja, l-upgrading tal-pump room tas-sistema tad-drenaġġ biex titnaqqas il-possibilta’ li d-drenaġġ jisbokka fil-baħar u l-bini ta’ promenade li jgħaqqad il-bankini ta’ fuq n-naħa tal-Westin Dragonara Resort ma’ dik li tinżel minn ħdejn il-Corinthia Marina Hotel. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li dan il-promenade, minbarra milli hu ta’ attrazzjoni għall-Maltin billi żdidilhom post ieħor fejn jippassiġġaw, hu ukoll ta’ benefiċċju għat-turisti li joqgħodu fil-lukandi ta’ madwar u għalhekk qiegħed jgħolli l-prodott turistiku. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-proġett jinkludi wkoll faċilitajiet għall-catering, fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja fuq il-platform tal-konkos, kiosk f’nofs il-bajja u faċilitajiet ta’ toilets. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-immaniġġjar ta’ din il-bajja | kien parti importanti minn dan il-proġett. Hu qal li t-taqsima ta’ l-ippjanar tal-prodott u l-iżvilupp is-sajf li għadda ħadet ħsieb ta’ l-immaniġġjar ta’ din il-bajja. Hu qal li fl-immaniġġjar tal-bajja ta’ San Ġorg, l-MTA kopriet dawn it-tliet kriterji: il-kwalita’ ta’ l-ilma; l-immaniġġjar u s-sigurta’ u l-informazzjoni dwar l-ambjent. |
· Hu qal li dan kien jirrikjedi li jittieħdu kull ġimgħa kampjuni ta’ l-ilma biex ikunu ttestjati għall-kwalita’,
· l-immaniġġjar tar-ramla: ħaddiema biex inaddfu;
· sigurta’: permezz ta’ Red Cross life guards, infurzar tas-sigurta’ permezz ta’ beach code of conduct u security guards bil-lejl, faċilitajiet sanitarji, monitoraġġ ekoloġiku u boards ta’ informazzjoni ambjentali.
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li kien stmat li bejn l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju u l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru tas-sena l-oħra, il-bajja għamlu użu minnha 100,000 persuna. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li msaħħa mir-riżultati ta’ dan il-proġett l-Awtorita’ għat-Turiżmu kienet se twettaq proġett ieħor simili s-sena d-dieħla fuq il-blat fix-xtajta ta’ Buġibba. Hu qal li din ix-xtajta se tipprovdi faċilitajiet ta’ livell għoli f’bajja bir-ramel fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Dan jgħolli l-prodott f’zona oħra turistika. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li kien ċert li proġetti bħal dawn kienu se jkomplu jgħollu l-livell ta’ pajjiżna. Hu qal li l-bini ta’ bajjiet bir-ramel, il-bini ta’ promenades, it-titjib tat-toroq li jwasslu għall-bajjiet, il-faċilitajiet li qed jakkumpanjaw proġetti turistiċi kollha se jikkontribwixxu biex it-turisti li jżuru pajjiżna jgħaddu minn esperjenza tajba u hekk jagħmlulna reklam tajjeb meta jmorru lura. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura, filwaqt li rringrazzja lil kulmin ikkontribwixxa biex dan il-proġett – li sewa madwar Lm550,000 – ġie realizzat, inawgura dan il-proġett li issa huwa komplut fid-dettalji kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946