Left arrow Mur Lura

PASSI BIEX IL-KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦADDIEMA INDJANI F’MALTA JIĠU REGOLARIZZATI

pr1037
Date Icon 08/07/2005
Nharit-Tlieta 5 ta' Lulju 2005 wara nofsinhar, grupp ta' madwar 50 ħaddiem ta' nazzjonalita' Indjana marru fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrjali u ta' Impieg u rrapportaw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom kienu irregolari, b'mod partikolari fir-rigward ta’ arretrati ta' pagi li kellhom jieħdu mingħand l-‘employer’ tagħhom.
Id-Dipartimentmill-ewwel ħa l-passi u fl-istess ġurnata wara nofsinhar saret laqgħa bejn uffiċjali tad-Dipartiment, immexxija mid-Direttur, u rappreżentant ta' min iħaddem (ukoll ta' nazzjonalita' Indjana) akkompanjat mill-konsulent legali tiegħu.
F'dikil-laqgħa sar arrangament biex l-istess ħaddiema jitħallsu l-arretrati kollha dovuti lilhom.  Id-Dipartiment għadu jaħdem u jibqa’ jaħdem biex l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema, kif ukoll tal-ħaddiema li jaħdmu f’Malta, jiġu rispettati, skond il-liġi, minn kulħadd.
Għandujingħad ukoll li din il-ħidma biex jiġu regolarizzati l-kundizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema Indjani, qed ssir b'ko-ordinazzjoni sħiħa mal-GWU li qed tirrappreżenta l-interessi ta’ l-istess ħaddiema Indjani nvoluti f'dan il-każ.
Id-Dipartimentjikkundanna mingħajr riżervi kull tip ta' kundizzjonijiet ta' xogħol li ma jikkonformawx mal-liġi tal-pajjiż.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow