PASSI BIEX IL-KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦADDIEMA INDJANI F’MALTA JIĠU REGOLARIZZATI
pr1037
08/07/2005
| Nhar | it-Tlieta 5 ta' Lulju 2005 wara nofsinhar, grupp ta' madwar 50 ħaddiem ta' nazzjonalita' Indjana marru fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrjali u ta' Impieg u rrapportaw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom kienu irregolari, b'mod partikolari fir-rigward ta’ arretrati ta' pagi li kellhom jieħdu mingħand l-‘employer’ tagħhom. |
| Id-Dipartiment | mill-ewwel ħa l-passi u fl-istess ġurnata wara nofsinhar saret laqgħa bejn uffiċjali tad-Dipartiment, immexxija mid-Direttur, u rappreżentant ta' min iħaddem (ukoll ta' nazzjonalita' Indjana) akkompanjat mill-konsulent legali tiegħu. |
| F'dik | il-laqgħa sar arrangament biex l-istess ħaddiema jitħallsu l-arretrati kollha dovuti lilhom. Id-Dipartiment għadu jaħdem u jibqa’ jaħdem biex l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema, kif ukoll tal-ħaddiema li jaħdmu f’Malta, jiġu rispettati, skond il-liġi, minn kulħadd. |
| Għandu | jingħad ukoll li din il-ħidma biex jiġu regolarizzati l-kundizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema Indjani, qed ssir b'ko-ordinazzjoni sħiħa mal-GWU li qed tirrappreżenta l-interessi ta’ l-istess ħaddiema Indjani nvoluti f'dan il-każ. |
| Id-Dipartiment | jikkundanna mingħajr riżervi kull tip ta' kundizzjonijiet ta' xogħol li ma jikkonformawx mal-liġi tal-pajjiż. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946