Left arrow Mur Lura

Inawgurata l-ewwel taqsima tal-Ġinekoloġija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex

pr1036
Date Icon 08/07/2005
Mil-lum‘l quddiem, pazjenti b’każijiet ġinekoloġiċi f’Għawdex jistgħu jinqdew minn taqsima speċjalizzata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ġiet inawgurata llum mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Din l-ewwel taqsima tal-ġinekoloġija tifforma parti minn proġett intensiv ta’ modernizzar fis-sala tal-Maternita’ u fid-Doctors’ Quarters, li nvolva nvestiment ta’ madwar Lm80,000.
It-taqsimal-ġdida tal-Ġinekoloġija nħolqot wara eżerċizzju ta’ tqassim aħjar ta’ spazju fl-isptar li sar mill-Ministeru għal Għawdex bil-għajnuna ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-istess sptar. It-twaqqif ta’ din is-sala jippermetti lil pazjenti b’każijiet ġinekoloġiċi biex jingħataw attenzjoni iktar speċjalizzata filwaqt li jtaffi diffikultajiet ta’ spazju, li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien, fis-sala ġenerali tan-nisa. Din it-taqsima tista’ takkomoda sa massimu ta’ għaxar pazjenti, imqassma f’numru ta’ kmamar singoli, doppji jew anke b’erba’ sodod, ilkoll mgħammra bl-arja kundizzjonata. Hija taqsima b’entratura separata iżda fl-istess ħin b’aċċess dirett mas-sala tal-Maternita’.
Flimkienmal-ħolqien ta’ din it-taqsima, matul dawn l-aħħar xhur kien għaddej xogħol intensiv ta’ modernizzar fis-sala tal-Maternita’ u fid-Doctors’ Quarters. Is-sala tal-Maternita’ tista’ tilqa’ fiha sa massimu ta’ tnax-il pazjenta fl-istess ħin, permezz ta’ żewġ admission rooms, żewġkmamar singoli u oħrajn b’erba’ sodod. It-taqsima tat-tobba tipprovdi spazju għal ftit mistrieħ għat-tobba li jkunu qed jagħtu s-servizzi tagħhom fl-isptar, inkluż tobba li jżuru l-Isptar Ġenerali t’Għawdex minn sptarijiet oħra.
F’danil-proġett ta’ modernizzar inqalgħu u nbidlu għal kollox il-pajpijiet tas-servizzi kollha, inbidel is-soffitt ta’ l-asbestos, kif ukoll inbidlet l-istallazzjoni elettrika kollha. Minbarra titjib sostanzjali fid-dehra estetika, illum iż-żewġ swali joffru faċilitajiet aħjar għall-kumdita’ tal-pazjenti u għal iktar effiċjenza fis-servizz mill-istaff mediku. Kull sodda ta’ kull kamra fiż-żewġ swali llum hija mgħammra b’networks tal-computer, television u telephone kif ukoll sistema ta’ nurse call elettronika moderna, sistema ta’ fire alarm elettronika flimkien ma’ servizzi ta’ gassijiet mediċi direttament fuq kull sodda.   L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, irringrazzjat lill-ħaddiema kollha ta’ l-isptar, b’mod partikolari ta’ dawn is-swali, tas-sostenn tagħhom matul dawn l-aħħar xhur ta’ xogħol. Il-Ministru Debono qalet li dan il-proġett jikkonferma bl-iktar mod ċar l-impenn sħiħ tal-Gvern favur it-titjib tal-qasam tas-saħħa f’Għawdex. Giovanna Debono qalet li ħadd daqs din l-amministrazzjoni ma nvesta b’tant saħħa sabiex kważi kull parti ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex tkun ta’ l-ogħla kwalita’ possibbli.
Il-MinistruDebono qalet li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qiegħed joffri ambjent ta’ kwalita’ superjuri saħansitra ta’ sptarijiet oħra fi gżejjer żgħar id-daqs ta’ Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex fakkret fil-proġetti li daħal għalihom il-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar seba’ snin, inkluż il-modernizzar tas-swali ġenerali tan-nisa, irġiel u irġiel anzjani, Residenza Sant’Anna, is-sala tal-pedjatrija (grazzi għal Daniel Delicata Memorial Foundation), teatru ta’ l-operazzjonijiet, laboratorju, Dipartiment ta’ l-Out Patients, Dipartiment ta’ l-Emerġenza, Dipartiment tal-Medical Records u l-ftuħ ta’ l-ewwel Renal Unit, Isolation Unit, Central Sterile Supplies Department u l-introduzzjoni ta’ numru ta’ servizzi mediċi ġodda.
GiovannaDebono qalet li minkejja din il-ħidma kollha li għamel il-Ministeru għal Għawdex f’dawn l-aħħar snin, l-impenn tal-Gvern huwa li jkompli jtejjeb il-faċilitajiet u s-servizzi mediċi f’Għawdex u huwa għalhekk li bħalissa l-Ministeru qiegħed jaħdem fuq it-tibdil komplet tas-sistema ta’ catering għall-isptar kollu.
Għall-inawgurazzjonitat-taqsima tal-Ġinekoloġija, attenda wkoll Dr Anthony Livori, Supretendent Mediku, kif ukoll membri ta’ l-istaff ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow