Left arrow Mur Lura

TĦEJJIJA GĦALL-INFLUSS TA’ TURIŻMU F’GĦAWDEX

pr1033
Date Icon 08/07/2005
Bipreparazzjoni għall-influss ta’ turiżmu mistenni għax-xhur tas-sajf, b’mod partikolari għall-jiem popolari ta’ Santa Marija, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, dalgħodu ltaqgħet mad-diversi uffiċjali nkarigati minn servizzi soċjali u infrastrutturali f’Għawdex. Il-laqgħa saret sabiex, anke din is-sena jiġi assigurat li dawn is-servizzi jitħaddmu u jingħataw bl-aktar mod effiċjenti possibbli fiż-żmien fejn għadd kbir ta’ Maltin u barranin iqattgħu jiem ta’ btala f’Għawdex.
Il-MinistruDebono rringrazzjat lid-diversi uffiċjali ta’ l-impenn tagħhom matul is-sena sabiex is-servizzi governattivi f’Għawdex jingħataw b’mod effiċjenti. Hija fakkret li għalkemm jeħtieġ li dawn is-servizzi jingħataw b’mod tajjeb matul is-sena kollha, jeħtieġ li jsir sforz kollettiv sabiex Għawdex jipproġetta lilu nnifsu b’mod pożittiv meta jżuruh l-ikbar influss turistiku tas-sena.
Il-MinistruDebono saħqet  li t-turiżmu internazzjonali u intern huwa s-sinsla ta’ l-ekonomija ta’ Għawdex. Huwa għalhekk id-dmir ta’ kull min hu responsabbli li jiżgura mhux biss li l-gżira tinżamm dejjem b’dehra tajba ta’ organizzazzjoni u ndafa iżda ukoll li s-servizzi kollha jingħataw fil-pront u b’effiċjenza. Il-Ministru Debono appellat lill-pubbliku b’mod ġenerali biex jikkopera ma’ l-awtoritajiet filwaqt li joffri l-aħjar servizz possibbli b’imġieba li tirrifletti l-karattru dħuli u ospitabbli ta’ Għawdex. Hija saħqet li huwa importanti ferm li kull min iżur lil Għawdex iħossu milqugħ, rispettat u mogħti l-aħjar servizz kif inhu xieraq għaż-żminijiet tal-lum.
Min-naħatagħhom, l-uffiċjali nkarigati qalu li fid-dawl ta’ l-influss qawwi mistenni jinsabu lesti sabiex jilqgħu għal kull eventwalità li tinqala’.
Sadanittantil-Ministeru għal Għawdex javża li kull min ikollu bżonn servizzi pubbliċi b’emerġenza wara l-ħinijiet tax-xogħol, kif ukoll fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi, għandu jċempel fuq in-numru tat-telefon 21561482 fejn ikun hemm uffiċjal inkarigat apposta biex jieħu l-passi neċessarji fl-iqsar żmien possibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow