Left arrow Mur Lura

Tinbeda ħidma preparatorja sabiex is-sena d-dieħla jerġa’ jinbena l-Wied ta’ Burmarrad

pr1029
Date Icon 08/07/2005
Warax-xogħlijiet imwettqa fl-2004 fuq il-proġett “Prevenzjoni mill-Għargħar” kemm fil-Marsa u Ħal Qormi kif ukoll fl-inħawi ta’ Għajn Riħana, l-Imselliet, l-Imġarr u is-Sukkursu tas-Salini, ħaddiema mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għaddejjin b’ħidma preparatorja sabiex is-sena d-dieħla jkun jista’ jerġa’ jinbena l-wied ta’ bejn is-Salini u Burmarrad.
Metażar dawn ix-xogħlijiet, il-Ministru Ninu Zammit qal li l-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jiġi ffurmat kanal kbir biżżejjed sabiex jiflaħ jilqa’ ġewwa fih l-ilmijiet li jiġu mill-widien tan-naħat ta’ Wied il-Għasel, Wied Qannotta u Wied Għajn Riħana. Dan il-kanal għandu jwassal dan l-ilma fis-Sukkursu li hemm madwar is-Salini. L-iskop ewlieni jkun li jipprevjeni għargħar fl-inħawi kif ukoll biex jevita ħsarat li jsoffru l-bdiewa fl-għelieqi tagħhom ma’ kull maltempata qawwija.
L-istrutturatal-precast units li ser jiffurmaw il-ġnub ta’ dan il-wied ġdid tikkonsisti f’elementi li għandhom il-parti t’isfel iffurmata minn konkos rinfurzat, sabiex ikun kapaċi jilqa’ l-piż tal-materjal u ħamrija li ġejja mill-ġnub ta’ l-għelieqi, u l-parti ta’ fuq bi tlett filati ta’ vażi tal-ġebel sabiex jikkumplimenta ma’ l-ambjent ta’ l-inħawi. Fil-preżent inħolqot precastingyard f’Pembroke fejn il-ħaddiema tal-Gvern qegħdin jippreparaw il-forom tal-konkos. Dawn il-forom se jintużaw is-sena d-dieħla hekk kif jibda t-tħammil tal-korsa tal-wied. It-tul tal-kanal se jkun ta’ 1,575 metru u jikkompriżi madwar 2,100 precast unit tal-konkos.
Metamistoqsi minn xi ġurnalisti dwar il-proġett ta’ prevenzjoni mill-għargħar fil-Marsa, il-Ministru Zammit qal li issa li saru l-istudji arkeoloġiċi neċessarji, ix-xogħol fuq dan il-proġett jista’ jitkompla. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura semma wkoll ix-xogħlijiet ta’ tindif li qed isiru fis-Sukkursu tas-Salini. B’kollox mis-Sukkursu jridu jitneħħew mal-20,000 metru kubu ta’ materjal, li jinkludi ħama, alka u skart. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin jitwettqu taħt superviżjoni ta’ Periti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
“Ix-xogħolfil-Marsa, is-Sukkursu u l-bini mill-ġdid tal-Wied ta’ Burmarrad qed ikunu kkumplimentati minn tindif u rijabilitazzjoni ta’ kilometri ta’ widien li jferrghu l-ilma għal dawn il-postijiet strateġiċi” temm il-Ministru Ninu Zammit.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow