Left arrow Mur Lura

Tug Boats ġodda għat-Tug Malta

pr1028
Date Icon 08/07/2005
It-TugMalta hija eżempju ta’ kumpanija li qegħda tinvesti mingħajr ebda għajnuna finanzjara mill-Gvern. Dan setgħet tagħmlu għaliex tinsab f’pożizzjoni tajba finanzjarjament. Il-Ministru Austin Gatt qal dan meta l-bieraħ iċ-Chairman tal-kumpanija, is-Sur John Sullivan ħabbar li l-kumpanija Tug Malta ser tinvesti Lm 4.5 miljun biex tixtri żewġ tug boats ġodda.
L-investimentse jkun finanzjat minn bank lokali u l-Gvern m’hux se jintalab jagħti ebda’ ‘support’ għal dan l-investiment.  Il-Ministru Gatt saħaq li l-kumpanija topera b’mod konsistenti, b’kontroll kontinwu fuq l-infieq operazzjonali u amministrattiv u commitment għal servizz ta’ kwalita’ għolja.
Il-MinistruAustin Gatt qal li l-kumpanija rnexxiela topera b’mod profitabbli mingħajr detriment għas-servizz li toffri lill-klijenti tagħha. Fil-fatt fi preżentazzjoni li saret waqt din il-konferenza ta’ l-aħbarijet (mehmuża) ingħad li f’99.8% ta’ l-okkażjonijiet, it-Tug Malta tirrispondi għas-sejħa tal-vapuri f’inqas minn siegħa li tiġi msejħa.
Permezztat-tugs il-ġodda, Tug Malta se tkun tista’ ttejjeb is-servizz li toffri fil-portijiet ta’ Malta kemm lill-Freeport, kif ukoll lis-sidien ta’ shipping lines. Dawn se jgawdu minn dan l-investiment peress li se jirriżulta f’servizz aktar effiċjenti fil-portijiet ta’ Malta.
Sadanittantil-Ministru Austin Gatt ħabbar li Tug Malta mistennija tispiċċa s-sena finanzjarja (Settembru 2005) preżenti bi profitt ta’ qabel it-taxxa ta’ Lm549,000. Il-kumpanija ilha tagħmel profitt mis-sena 2001 meta l-profitt kien ta’ Lm395,000 (2000/2001),  segwit bi profitti ta’ Lm 445,000 (2001/2002) u Lm 242,000 (2002/2003). Kien hemm telf żgħir ta’ Lm 21,000 fl-2003/2004.
Is-SurJohn Sullivan ħabbar li ż-żewġ Tug Boats mistennija jaslu Malta fi Frar u Novembru tas-sena ddieħla.
Fil-preżent,Tug Malta għandha flotta ta’ 6 tugs, tlieta minn dawn huma stazzjonati kontinwament fil-Freeport, waqt li l-oħrajn ikunu fil-Port il-Kbir. It-tendenza li l-vapuri, partikolarment tal-Freeport, ikunu akbar u ta’ aktar saħħa ħolqot bżonnijiet ġodda għal Tug Malta li tipprovdi s-servizzi ta’ towage f’Malta.
It-tugsli l-kumpanija għandha fil-preżent għandhom ċerti problemi bħal li m’humiex dejjem ‘reliable’ fil-maltemp u m’humiex b’saħħithom u ma jgħaġġlux biżżejjed.
Biż-żewġtug boats ġodda, il-kumpanija se tkun f’pożizzjoni li tqassar il-ħin li fiħ toħroġ biex tagħti servizz peress li dawn it-tugs il-ġodda jgħaġġlu aktar, se jkun hemm inqas tug boats ma’ kull vapur peress li t-tugs il-ġodda huma aktar b’saħħithom, u tonqos ukoll il-frekwenza li t-tugs ma jaħdmux minħabba l-maltemp.
Danis-servizz se jibqa’ jiġi offrut bi prezz li hu l-aktar kompetittiv fir-reġjun tal-Mediterran, kif intwera fil-preżentazzjoni li saret miċ-Chairman.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow