Left arrow Mur Lura

KJARIFIKA RIGWARD PROĊEDURI LI L-KUMMISSJONI EWROPEA ĦABBRET DWAR MALTA

pr1027
Date Icon 08/07/2005
B’referenzagħar-rapporti li deheru f’sezzjonijiet tal-media dwar proċeduri li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret kontra Malta , il-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni jrid jikkjarifika dan li ġej:
a)Rigward it-tniġġiż minn storbju ta’ l-ajruplani magħrufa aħjar bħala noise pollution, id-direttiva 2002/30/CE (noise restrictions at airports) li l-Kummissjoni għadha tgħid li ma ġietx attwata f’Malta, din tgħodd għal dawk l-ajruporti fejn hemm ’il fuq minn 50,000 moviment ta’ ajruplani fis-sena. Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta n-numru ta’ movimenti ta’ ajruplani fis-sena huwa ta’ madwar 28,000. Għalhekk din id-direttiva ma tgħoddx għall-ajruport tagħna. Madanakollu, l-ajruport ta’ Malta diġà jimxi ma’ dawk ir-regolamenti kollha dwar l-istorbju ta’ l-ajruplani li huma applikabbli. L-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-fatt titratta biss dwar jekk Malta għandhiex tadotta din id-direttiva għalkemm ma tapplikax għall-ajruport tagħna.
b)Dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, ir-regolament ta’ l-Unjoni Ewropea No. 261/2004 li jħares id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru, meta dawn ma jittellgħux fuq l-ajruplan jew f’każ ta’ kanċellament jew ittardjar twil tat-titjira tagħhom, huwa attwat bil-liġi f’Malta. Dan ir-regolament jagħti dritt lill-passiġġieri għal kumpens adattat. Meta daħal fis-seħħ dan ir-regolament, saret kampanja ta’ pubbliċità li tinvolvi ukoll tabelli mtella’ fl-ajruport li jispjegaw dan id-dritt. Id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili hu responsabbli mit-tmexxija tal-mekkaniżmu dwar kif l-ilmenti ta’ passiġġieri li jħossu li ma ngħatawx id-drittijiet tagħhom jiġu nvestigati u proċessati. In-numru żgħir ta’ lmenti ta’ din in-natura li saru s’issa qegħdin jiġu ndirizzati kollha taħt din il-proċedura.
Dakli għadu ma sarx huwa li jiġu determinati s-sanzjonijiet lill-operaturi ta’ l-ajru f’dawk il-każi fejn huma jonqsu minn dmirijiethom. Dawn ser ikunu stabbiliti hekk kif ikunu ċċarati xi kwistjonijiet legali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow