Left arrow Mur Lura

Inawgurat “Ġnien il-Bennej” fiż-Żurrieq

pr1026
Date Icon 08/07/2005
“Xogħolta’ sengħa u dedikazzjoni kbira mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura wassal sabiex żona li kienet tintuża għar-rimi ta’ kull tip ta’ skart inbidlet fi ġnien uniku f’pajjiżna. Ġnien iddedikat għas-sengħa tal-bini.” Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta inawgura uffiċjalment “Ġnien il-Bennej” fiż-Żurrieq. Dan il-ġnien huwa dedikat lin-numru kbir ta’ bennejja li ħarġu miż-Żurrieq u mill-irħula tal-madwar matul is-snin.
Il-Ministrugħar-Riżorsi u l-Infrastruttura spjega li l-karatteristika ewlenija ta’ dan il-ġnien huma il-ħnejjiet. Inbnew disa’ ħnejjiet bi stil arkitettoniku differenti. Wieħed jista’ jara ħnejja kumpass, tal-kwart, tal-kalament, arkipjan, tat-tlett ċentri għoli mogħti, elissi u mezzupunt. Dawn l-arkati li huma mdawla b’dawl dekorattiv, ġew ikkumplimentati permezz tal-bini ta’ girna. Dan ix-xogħol twettaq kollu mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ix-xogħol fuq dan il-ġnien beda f’Ottubru 2004. L-ispiża ta’ dan il-proġett, inkluż il-pagi tal-ħaddiema hija ta’ madwar Lm85,000.
Tpoġġa‘l fuq minn 675 metru kwadru ta’ pavimentar ta’ porfido, qawwi u tal-franka. Tnaddaf bir li kien diġa’ jeżisti kif ukoll tħaffret ġibja ġdida li tesa’ madwar 180 metru kubu ta’ ilma (madwar 40,000 gallun ilma). Dan se jwassal sabiex kwantita’ kbira ta’ ilmijiet li jinżlu mit-toroq tal-biswit jkun jista’ jinġabar. Dan se jintuża għat-tisqija ta’ siġar li tħawwlu fil-ġnien. Ġiet stallata wkoll sistema ta’ irrigazzjoni. Il-ġnien jinkludi żona li sservi għar-rikreazzjoni tat-tfal. Din il-playing field żgħira, li wkoll ġiet maħduma mill-ħaddiema tal-Gvern, nbniet fuq standards Ewropej u tassigura s-sigurta’ lit-tfal. Bħalma twettaq f’bosta proġetti li għamel il-Ministeru fl-aħħar xhur, kienu stallati “railings”, bankijiet u “garden furniture” li nħadmu fil-garaxx tal-Gvern.
Filwaqtli preżenta ċertifikati lil 70 ħaddiem u żghażugħ li attendew kors fil-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ organizzat mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC), il-Ministru Ninu Zammit ħeġġeġ għal iktar interess miż-żgħażagħ lejn l-industrija tal-bini. Sengħa li l-BICC qeda’ tkompli tippromwovi permezz ta’ diversi korsijiet lil kull min jaħdem jew jixtieq jaħdem fl-industrija tal-bini. Il-Ministru Zammi filwaqt li rringrazzja u faħħar lill-ħaddiema għax-xogħol ta’ kwalita’ għolja li wettqu, qal li fil-futur qrib, il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura se jibda l-ħidma fuq proġett ta’ bini ta’ promenade minn Wied Babu sa Ħaġar Qim.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow