Left arrow Go Back

ĊENTRU ĠDID TA’ RIŻORSI B’LIBRERIJA FL-MCAST: INVESTIMENT TA’ NOFS MILJUN LIRA

pr1018
Date Icon 07/07/2005
“Iċ-ĊentruĠdid ta’ Riżorsi b’Librerija li tajna lill-MCAST hu l-aktar wieħed modern li hawn f’Malta. Hija l-ewwel librerija bl-akbar emfasi jmur fuq l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informatika u l-kompjuters. Investejna b’nofs miljun lira biex nagħtu aktar għodda u riżorsi moderni u aġġornati lill-istudenti u l-ħaddiema biex ngħinuhom ikattru l-edukazzjoni tagħhom u jiżviluppaw il-ħila li jkomplu jitgħallmu u jitħarrġu tul il-ħajja. ”
Danqalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta nawgura l-Librerija u Ċentru tar-Riżorsi l-ġdid li jinsab fil-kampus ewlieni ta’ l-MCAST f’Kordin.  L-investiment li sar f’dan iċ-Ċentru hu parti minn programm ta’ investiment kapitali fl-infrastruttura li jlaħħaq l-Lm 1.5m. L-investiment li sar f’dan iċ-ċentru s’issa jlaħħaq il-Lm 526,000. Barra minn hekk il-Kulleġġ se jibbenefika minn Lm 110,000 oħra f’fondi għall-librerija mill-Fond ta’ Żvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF).  L-MCAST se jkun qed jibbenefika minn aktar minn Lm 1m f’fondi ta’ l-ERDF li se jmorru biex jiġi żviluppat l-Istitut tas-Servizzi fil-Komunità, Ċentru għat-Tfal Żgħar, immodernizzar ta’ l-MCAST f’Għawdex, u apparat għall-laboratorju tal-karozzi fl-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika.
Il-blokkil-ġdid li fih jinsabu l-Librerija u ċ-Ċentru tar-Riżorsi jikkonsisti f’erba’ sulari aċċessibbli għal kulħadd.  F’dan iċ-ċentru hemm 110 kompjuter b’aċċess għall-Internet.  Hemm l-ispażji meħtieġa għal-librerija moderna ta’ kulleġġ vokazzjonali fejn aktar minn 200 student jistgħu jagħmlu l-istudju u r-riċerka tagħhom fl-istess ħin f’ambjent komdu, imdawwal, frisk u kwiet.  Il-blokk fih post għal gruppi ta’ studju u appoġġ edukattiv għal dawk li jkollhom bżonn kif ukoll faċilitajiet għall-istampar u l-iffotokupjar u spazji oħra għall-wirjiet. L-amministrazzjoni tas-seba’ libreriji li l-MCAST għandu fuq is-siti differenti fejn hemm l-Istituti tiegħu ser issir minn dan iċ-Ċentru.
Il-Kulleġġissa ser itejjeb il-faċilitajiet ta’ libreriji fl-Istituti kollha li hemm madwar Malta u ser jiġu żviluppati faċilitajiet simili fiċ-ċentru ta’ l-MCAST f’Għawdex.  L-iskop ta’ dawn il-faċilitajiet hu li jagħtu lill-istudenti l-għodda li għandhom bżonn biex jiksbu l-ħila li jirriċerkaw u jitgħallmu tul il-ħajja u fl-istess ħin tagħti lill-istaff akkademiku ir-riżorsi biex ikomplu jaġġornaw irwieħom u jiżviluppaw ħiliet ġodda.
Il-materjalli għandhom dawn il-libreriji jinkludi materjal stampat bħal kotba u ġurnali, u materjal awdjo-viżiv li jinkludi CDs, Videos, DVDs u oħrajn. B’kollox fil-libreriji hemm mat-22,000 volum ta’ materjal stampat minbarra l-materjal awdjo-viżiv.  Nofs dawn il-volumi jinsabu fil-librerija l-ġdida u l-parti ’l kbira minnhom (90%) jistgħu jiġu mislufa.
Iċ-Ċentrujoffri wkoll aċċess lill-istudenti u l-għalliema għall-internet mill-kompjuters għar-riċerka jew biex isir studju u xogħol ieħor relatat mal-korsijiet tagħhom.  Hu maħsub ukoll li min irid ikun jista’ juża l-kompjuters biex jipprattika u juża programmi tal-kompjuter tal-microsoft (Word, Excel, Access, PowerPoint, etc) u biex jiksbu aċċess għal dokumenti u materjal ieħor li hu pubbliku.
Iċ-Ċentruse joffri wkoll spazju, riżorsi u materjal għal studenti li jkollhom bżonn appoġġ edukattiv speċjali.  Dan l-appoġġ jingħata mit-Taqsima tal-Ħiliet Bażiċi tal-Kulleġġ fil-litteriżmu u n-numeriżmu b’materjal u apparat li jista’ jintuża mill-istudenti u mill-għalliema tagħhom.
Għalkemmdan għadu l-bidu għal-Librerija u ċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ l-MCAST, hu maħsub li fis-snin li ġejjin jiżviluppaw u jitjiebu s-servizzi kemm għall-istudenti, l-għalliema u l-ħaddiema kif ukoll lill-oqsma oħrajn ta’ l-industrija li jista` jkollhom bżonn ir-riżorsi li joffri l-MCAST. Sehem importanti ta’ l-MCAST hu li jkun istituzzjoni ta’ edukazzjoni tul il-ħajja kemm għall-individwi kif ukoll għall-industrija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow