MALTA TIRRATIFIKA T-TRATTAT LI JISTABBILIXXI KOSTITUZZJONI GĦALL-EWROPA
pr1017
06/07/2005
| B’deċiżjoni msejħa | eċċezzjonali mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kamra tad-Deputati f’isem il-poplu Malti approvat mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru li tawtorizza r-ratifika tat-trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea. |
| Dan huwa l-akbar messaġġ | ta’ tama li pajjiżna, jista’ jagħti lill-pajjiżi l-oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropea. B’din id-deċiżjoni storika għal pajjiżna, Malta qed tagħti xiehda ta’ Ewropa magħquda mill-ġdid, Ewropa ta’ popli u ta’ stati, Ewropa mibnija, fi proċess li ilu aktar minn ħamsin sena, fuq il-paċi, l-valuri u l-prosperita’ tal-popli u stati kollha Ewropej. |
| Ta’ min ifakkar li | dan il-proċess inbeda’ fl-2002 permezz ta’ Konvenzjoni Ewropea li fiha kien hemm is-sehem attiv ta’ rapprezentant tal-Gvern Malti u żewġ rappreżentanti tal-Kamra tad-Deputati, u li sussegwentement irrakkomandat abozz ta’ Trattat dwar Kostituzzjoni Ewropea li ġie diskuss u fl-aħħarnett approvat b’mod unanimu fil-Konferenza Intergovernattiva li ntemmet fit-18 ta’ Ġunju 2004. Kien imbagħad fid-29 ta’ Ottubru 2004 li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, f’isem il-poplu Malti, iffirma, flimkien mal-pajjiżi membri l-oħra kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa li llum ġie diskuss u approvat. |
| “Dan huwa mument | storiku għall-pajjiżna mhux biss għaliex iż-żewġ naħat tal-Kamra ingħaqdu f’deċiżjoni unanima u matura fl-interess nazzjonali, imma għaliex pajjiżna kompla jagħti l-impenn tiegħu sabiex jagħmel suċċess mill-proġett ta’ l-Unjoni Ewropea, messaġġ ċar u b’saħħtu ta’ kif l-identita’ Maltija tista tkompli ssaħħaħ l-Unjoni Ewropea, u deċiżjoni konvinta sabiex tressaq l-Unjoni Ewropea aktar qrib taċ-ċittadini tagħha” stqarr il-Prim Ministru. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946