MIĊĦUDA ALLEGAZZJONIJIET DWAR L-ISTAT TA’ IĠJENE FL-ISPTARIJIET F’MALTA
Wara s-servizz li Super One News xandar bi prominenza l-bieraħ fuq it-televiżjoni, dwar l-istat ta’ iġjene fl-isptarijiet tagħna fejn kienet ikkwotata gazzetta Ingliża, id-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda tiċħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet. Id-Diviżjoni tixtieq isserraħ moħħ il-poplu Malti li r-riskju ta’ infezzjoni fl-Isptar San Luqa mhuwiex ikbar minn ta’ sptarijiet oħra fl-Ewropa fejn isiru l-istess tipi ta’ kura intensiva u interventi speċjaliżżati.
Wara stħarriġ li għamlet, id-Diviżjoni sabet li r-rapport indikat mill-gazzetta News of the World magħmul mill-Health Consumer Powerhouse, ma jsemmi fl-ebda ħin u fl-ebda mod lil Malta . Wara kuntatti ma l-awtur tar-rapport, dan ċaħad permezz ta’ dikjarazzjoni li qed tiġi annessa, li xi darba nkluda lil Malta f’xi studju li għamel. Għaldaqstant, il-gazzetta Ingliża qed tintalab tissostanzja l-asserzjoni tagħha.
| Ta’ min ifakkar li l-awtorità | kompetenti f’dan is-settur hija l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u din għal darba darbtejn ikklassifikat lis-settur tas-Saħħa ta’ Malta fost l-awqa fid-Dinja. |
| Id-Diviżjoni tiddeplora dan l-aġir li | seta jallarma u jnaqqas il-fiduċja tal-pubbliku fis-servizzi tas-saħħa kif ukoll jitfa’ dell ikraħ fuq il-ħaddiema kollha ta’ dan is-servizz. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946