Left arrow Mur Lura

Titkompla l-ħidma ta’ tindif u rijabilitazzjoni ta’ diversi widien mill-ħaddiema tal-Gvern

pr1012
Date Icon 06/07/2005
Bħalaparti mill-programm ta’ ħidma mmirat sabiex jipprevjeni l-għargħar, it-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura tat bidu għal xogħol ta’ tindif u rijabilitazzjoni ta’ Wied Irmiedi limiti ta’ Ħ’Attard. Dan il-wied li minn Ta’ Qali jwassal sa Ħ’Attard quddiem l-Isptar Monte Carmeli, jifforma parti mportanti mis-sistema ta’ widien li mill-inħawi tar-Rabat iwassal l-ilma tax-xita sa Wied is-Sewda f’Ħal-Qormi u jibqa’ nieżel lejn il-Marsa.
Metażar dawn ix-xogħlijiet li qed jitwettqu minn ħaddiema tas-Sezzjoni tat-Tindif u Rijabilitazzjoni tal-Widien, il-Ministru Ninu Zammit qal li għan ieħor ta’ dan il-proġett vast huwa li jagħmel dawn il-widien aċċessibli għal pubbliku. Il-Ministru tenna li din is-Sezzjoni ġiet kostitwita fl-aħħar xhur bil-għan li jitwettqu xogħlijiet simili f’diversi widien madwar Malta. Din is-sezzjoni se tkun responsabbli wkoll mill-manteniment tal-widien li jitnaddfu wara li jintemm dan ix-xogħol.
F’danil-wied insibu reċensjonijiet jew ilqugħ li jservu biex jikkontrollaw il-volum u l-ħażna ta’ l-ilma u fl-istess waqt jsir re-charging ta’ l-acquifer jew tal-ħażna ta’ l-ilma tal-pjan. Matul is-snin, dawn sofrew ħsarat konsiderevoli. Dawn intraddmu minħabba kwantita’ kbira ta’ materjal ta’ kull tip li ntefa’ b’mod illegali minn persuni rresponsabbli. Dawn l-istrutturi issewwew b’intervent manwali mill-ħaddiema fl-istess Sezzjoni.
It-tieniparti tax-xogħol f’dawn l-inħawi se tkun tikkonsisti fi tħammil mill-ġdid tal-kanal ta’ l-ilma li minn naħa tal-Counting Hall f’Ta’ Qali jwassal għal Wied Irmiedi. Dan bl-għan li jipprevedi l-għargħar għaż-żoni residenzjali fl-inħawi.
Filwaqtli fakkar li fl-aħħar sena sar tindfi ta’ ‘l fuq minn 4 kilometri ta’ widien, il-Ministru Ninu Zammit reġa’ enfasizza fuq il-bżonn li kullħadd jikkollabora mal-ħidma tal-Gvern u fl-interess ta’ l-istess poplu Malti, għal ambjent iktar nadif u b’saħħtu. “It-23,800 tunnellata ta’ skart mormi fl-aħħar 18-il xahar b’mod abbużiv u li sewa lil dan il-Ministeru u lill-Poplu Malti Lm750,000, qed ixekkel il-ħidma tal-Ministeru. Il-kollaborazzjoni ta’ kullħadd f’dan ir-rigward għandha twassal sabiex dan il-Ministeru jkompli fil-ħidma intensiva tiegħu fit-twettiq ta’ bosta proġetti ta’ tisbiħ u restawr imferxa ma’ Malta kollha” temm jgħid il-Ministru Ninu Zammit.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow