Ix-xogħol li għaddej fis-sit tal-Buskett
pr1007
05/07/2005
| Ix-xogħol | ta’ żbir, tindif u tiswija li qed iseħħ bħalissa fil-Buskett huwa teknikament korrett u qed isir biex ikun żgurat li l-ambjent tal-inħawi jkun salvagwardat. |
| Kuntrarju | għal dak li kien rappurtat f’xi sezzjonijiet tal-media, ix-xogħol kollu qed isir wara li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha u tingħata l-akbar attenzjoni biex ix-xogħol ma jagħmel ebda impatt jew ħsara fuq il-ħajja naturali tal-Buskett. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għalhekk jiddikjara li mhux veru li xi siġar qed jinqatlu jew li qed jinqatgħu xi siġar mill-bosk. Iż-żbir li qed isir se jwassal biex is-siġar ikunu riġenerati. Dan huwa proċess li jsir regolarment. |
| Wieħed | mir-ritratti li kien ippubblikat kien dak ta’ siġra magħrufa bħala ”sumakka”. Din hija tip ta’ siġra li hija illegali li tikber f’Malta u għalhekk huwa ta’ ġid li din titneħħa għaliex din tikkawża ħsarat fejn tikber. |
| Ix-xogħol | kollu qed isir minn persuni kwalifikati f’dan ix-xogħol. Irid jingħad li x-xogħol jinkludi l-ftuħ mill-ġdid tal-passaġġ minn fejn jgħaddi l-ilma, bini u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ li għandhom mijiet ta’ snin u t-tneħħija ta’ pjanti, bħal-liedna, li qed jikkawżaw dannu kemm lis-siġar kif ukoll lill-ħitan tas-sejjieħ. |
| Wieħed | mill-għanijiet ewlenin tax-xogħlijiet huwa li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ nirien li jistgħu jiġu kkawżati mill-ħaxix li jikber taħt is-siġar (undergrowth). Barra minn hekk, il-ħerbiċidi li qed jintużaw mhumiex perikolużi u qed jintużaw biss f’dawk il-każijiet fejn pjanti qed jikkawżaw ħsara lill-ħitan tas-sejjieħ fil-passaġġi. |
| L-impenn tal-Gvern favur il-ħarsien ta’ siti importanti bħalma hu l-Buskett | kien konfermat propju f’dawn il-jiem bit-twaqqigħ permezz ta’ azzjoni diretta mill-MEPA fuq numru ta’ strutturi illegali li jinsabu fil-post. Il-Gvern se jibqa’ determinat li jħares bil-mezzi kollha u jagħmel monitoraġġ ta’ siti bħalma hu l-Buskett biex dan ikompli jissebbaħ u jkun jista’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946