Left arrow Go Back

PREZZ SUSSIDJAT GĦALL-ISTUDENTI U ŻGĦAŻAGĦ LI JIXTIEQU JATTENDU L-KUNĊERT TA’ RICCARDO MUTI

pr1005
Date Icon 04/07/2005
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol fi sħubija mar-Renaissance Production Limited b’kollaborazzjoni mar-Ravenna Festival ftiehem fuq skema biex jinkoraġġixxi studenti tal-mużika, studenti oħra u żgħażagħ, jattendu l-kunċert eċċezzjonali ta’ Maestro Riccardo Muti.  Dan il-kunċert ser jiġi esegwit mill-Orkestra Luigi Cherubini fiċ-Ċentru Mediterran għall-Konferenzi nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, 2005.
Għaldan l-iskop il-Ministeru qed jissusidja numru ta’ biljetti fil-gallerija taċ-Ċentru Mediterran għall-Konferenzi.  B’hekk biljett li qed jinbiegħ għall-prezz ta’ Lm35, ser jinbiegħ bi prezz sussidjat għall-istudenti tal-mużika bil-prezz ta’ Lm5, u għal studenti u żgħażagħ bil-prezz ta’ Lm15.
Dawkl-istudenti jew żgħażagħ ( minn 16-il sena ‘l fuq) li huma nteressati li jattendu għal dan il-kunċert għandhom jimlew formola mill-Customer Care tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol sa’ nhar l-Erbgħa 6 ta’ Lulju, 2005.  Imbagħad il-biljetti jistgħu jinġabru nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, 2005 mill-Policy Unit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.  Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq in-numru 2598 2304 jew billi tintbgħat e.mail fuq annabelle.m.vassallo@gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow