WIRJA MINN ARTISTI KONTEMPORANJI
pr1003
04/07/2005
| Heritage | Malta u s-Soċjeta’ ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerċ qed jorganizzaw flimkien Wirja ta’ Arti Kontemporanja minn artisti Maltin fis-salon tal-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arkeoloġija fil-belt Valletta . |
| Għal | dan il-proġett bi sħab Heritage Malta u s-Soċjeta’ ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerċ innominaw panel li għażel numru ta’ artisti stabbiliti u artisti żgħar biex jipparteċipaw f’din il-wirja. 26 artist qed jippreżentaw ix-xogħlijiet tagħhom f’din is-sala imponenti li tintiża għal wirjiet li jew huma direttament marbuta ma’ l-arkeoloġija jew li huma organizzati fuq livell nazzjonali. F’din il-wirja artisti veterani bħal Harry Alden, Gabriel Caruana u George Fenech jgħaqqdu x-xogħlijiet tagħhom ma’ dawk ta’ artisti bħal Matthew Kassar, Ivan Fenech u Lewis Zammit. Fost dawn l-artisti seba’ huma skulturi. |
| Meta | inawgura din l-ewwel wirja nazzjonali ta’ arti Maltija kontemporanja l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li x-xogħlijiet ta’ l-artisti Maltin kienu jsaħħu l-identita’ tal-poplu Malti li tul l-istorja ħarġu minnu artisti kbar li għamlu suċċess mhux biss f’pajjiżna iżda anke barra minn xtutna. Hu qal li l-arti kienet tagħtina wkoll dik ix xi ħaġa iżjed li ridna noffru lil min iżurna u li jagħżel pajjiżna għal dak kollu li hu Malti u jiddistingwina minn pajjiżi oħra. |
| “Fil-ħidma | tagħna biex aktar Maltin jersqu iżjed lejn l-kultura u l-arti Heritage Malta ħadet l-opportunita’ biex torganizza open day fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arkeoloġija nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju. F’dan il-jum kulħadd se jidħol il-Mużew bla ħlas u se jkun hemm numru ta’ guided tours tal-kollezzjoni. Nappella lill-pubbliku biex jieħu opportunita’ minn din l-okkażjoni biex japprezza aktar ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Maltin bħalna li mhux biss jagħmlulna unur iżda li b’ħidmithom u t-talenti tagħhom qed jagħmlu minn pajjiżna nazzjon kburi minn dak li kapaċi jwettaq,” qal il-Ministru Zammit Dimech. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura fakkar li wirjiet bħal dawn ikun diffiċli li jittellgħu jekk ma jkunx għal kumpanniji li jgħinu finanzjarjament. Hu qal li xtaq jirringrazzja lill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, lill-BOV u Vee Gee Bee Art li huma l-isponsors ta’ din il-wirja. Hu qal li kien fiduċjuż li din il-wirja tkun suċċess u li wirjiet simili jibdew jittellgħu b’mod regolari darbtejn fis-sena. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946