IL-PROĠETT TA’ L-ARTIĠJANAT TA’ TA’ QALI
pr1002
04/07/2005
| It-30 ta’ Ġunju 2005 kienet | il-ġurnata stabbilita mill-Gvern bħala l-aħħar ġurnata sa meta l-ex-inkwilini tal-huts li kienu qegħdin joperaw minn ġewwa l-Villaġġ ta’ Ta’ Qali setgħu jersqu għall-iffirmar tal-konvenju għal 65 sena ċens li ġiet offruta għal binja tagħhom. Dan iċ-ċens qiegħed jiġi offrut bil-kundizzjoni li f’dawn il-binjiet huma jkunu jistgħu joperaw biss bħala manifatturi ta’ l-artiġjanat. |
| Permezz | ta’ l-iffirmar ta’ dan il konvenju dawn l-inkwilini ngħataw opportunita’ mill-Gvern biex jerġgħu jistabbilixxu posthom fil-Villaġġ il-ġdid ta’ l-Artiġjanat f’Ta’Qali mhux b’kera iżda b’titlu ghal 65 sena ċens, bil-vantaġġi kollha li dan joffri. Kull min iffirma l-konvenju kien qiegħed jassigura postu f’dan il-Villaġġ għal 65 sena u wara dan il-perijodu l-Gvern qed jagħti l-opportunita’ ta’ tiġdid ta’ dan iċ-ċens permezz ta’ l-offerta mill-ġdid tar-right of first refusal. |
| Sa | l-aħħar ta’ Ġunju 2005 mill-ex-inkwilini kollha li issa nghataw ir-right of first refusalhuma biss 9 li ma iffirmawx il-konvenju għal 65 sena ċens. Min dawn id-disgħa, sitt ex-inkwilini talbu lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo biex, jekk hu possibbli, jestendu bi ftit ġranet oħra ż-żmien li fih jistgħu jersqu għall-iffirmar ta’ dan il-konvenju. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo issa ser iressaq rapport lill-Prim Ministru fil-ġranet li ġejjin dwar id-deċizjonijiet li jmiss li jittieħdu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946